Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – VanKing Celkar Group v EUIPO – Accell Nederland (SPARTAN PARTS)

(Kawża T-88/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VanKing Celkar Group PSA (Niepołomice, il-Polonja) (rappreżentant: A. Michalak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Accell Nederland BV (Heerenveen, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SPARTAN PARTS – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 568 813

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 893/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

tirrinvija l-każ quddiem l-EUIPO sabiex ibiddel id-deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ u jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tordna lill-EUIPO ibati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-paragun tat-trade marks.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-paragun tal-oġġetti u l-probabbiltà ta’ konfużjoni.

____________