Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Frar 2024 – Hong Kong NetEase Interactive Entertainment vs EUIPO – Medion (LifeAfter)

(Kawża T-175/23) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni– Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LifeAfter”  – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LIFE— Raġuni relattiva għal rifjut  – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hong Kong NetEase Interactive Entertainment Ltd (Sheung Wan, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel et S.-M. Bonanni,)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 557/2022-5)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hong Kong NetEase Interactive Entertainment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Medion AG.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.