Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali l-21 ta' frar 2024 – Dendiki vs EUIPO

(Kawża T-172/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità  – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea hepsiburada – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dendiki BV (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti : N. Ruyters u A. Klomp, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: D-Market Elektronik Hizmetler ve Ticaret Anonim Sirketi (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti : I. Robledo McClymont u M. Hernández Gázquez, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Jannar 2023 (Każ R 639/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dendiki BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn D-Market Elektronik Hizmetler ve Ticaret Anonim Sirketi.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.