Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – W O, J L vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-480/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: W O, J L

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza [tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C-216/18 PPU, EU:C:2018:586)] u kkonfermat mis-sentenza [tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti) (C-354/20 PPU u C-412/20 PPU, EU:C:2020:1033)] meta jeżisti riskju reali li r-rikorrenti ser jiġu ġġudikati minn qrati li ma humiex stabbiliti mil-liġi?

Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza [tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C-216/18 PPU, EU:C:2018:586)] u kkonfermat mis-sentenza [tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti) (C-354/20 PPU u C-412/20 PPU, EU:C:2020:1033)] meta persuna li qiegħda tfittex li tikkontesta applikazzjoni fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax tissodisfa dan il-kriterju għar-raġuni li ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata, f’dan il-mument, il-kompożizzjoni tal-qrati li quddiemhom hija ser tiġi ġġudikata, minħabba modalitajiet ta’ attribuzzjoni każwali tal-kawżi?

L-assenza ta’ rimedju effettiv sabiex tiġi kkontestata l-validità tal-ħatra tal-imħallfin fil-Polonja, f’ċirkustanzi fejn jidher li r-rikorrenti ma jistgħux jistabbilixxu, f’dan il-mument, li l-qrati li quddiemhom huma ser jiġu ġġudikati ser ikunu komposti minn imħallfin mhux maħtura validament, tikkostitwixxi ksur tal-kontenut essenzjali tad-dritt għal smigħ xieraq li jimplika l-obbligu għall-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jirrifjuta ċ-ċediment tar-rikorrenti?

____________