Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fl-10 ta’ Awwissu 2021 – GV vs Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, Minister for Employment Affairs and Social Protection, Ireland, Attorney General

(Kawża C-488/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GV

Konvenut: Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, Minister for Employment Affairs and Social Protection, Ireland, Attorney General

Domandi preliminari

Id-dritt ta’ residenza idderivat ta’ membru tal-familja li huwa axxendent dirett ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/38/KE1 huwa suġġett għall-kundizzjoni ta’ dipendenza kontinwa ta’ dan il-membru tal-familja fuq il-ħaddiem?

Id-Direttiva 2004/38/KE tipprekludi li Stat Membru ospitanti jillimita l-aċċess għall-ħlas tal-benefiċċju ta’ assistenza soċjali minn membru tal-familja ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni li tgwadi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħha fuq dak il-ħaddiem, meta l-aċċess għal tali ħlas ikun ifisser li hija ma tibqax dipendenti fuq il-ħaddiem?

Id-Direttiva 2004/38/KE tipprekludi li Stat Membru ospitanti jillimita l-aċċess għall-ħlas tal-benefiċċju ta’ assistenza soċjali minn membru tal-familja ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni li tgawdi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħha fuq dak il-ħaddiem, minħabba li l-ħlas tal-benefiċċju jkun iwassal għall-fatt li l-membru tal-familja kkonċernata ssir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).