Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-8 ta’ Awwissu 2023 – Tiberis Holding Srl vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA et

(Kawża C-514/23, Tiberis Holding)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tiberis Holding Srl

Konvenuti: Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’ambiente e della sicurezza energetica

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 3 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE 1 u 4 tad-Direttiva 2018/2001/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 2 jipprekludu jew ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-kuntest ta’ skema ta’ inċentivi nazzjonali tipprevedi, b’riferiment għal każijiet fejn il-produtturi jbigħu l-enerġija fis-suq ħieles, tariffa ta’ inċentiv li tiggarantixxi prezz minimu, li fl-istess ħin ikun ukoll prezz massimu, bis-saħħa ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament/rimbors ta’ somom li jaqbżu l-valur tal-inċentiv fejn il-prezz tas-suq huwa ogħla minn dan tal-aħħar (l-hekk imsejjaħ inċentiv negattiv), fejn barra minn hekk il-mekkaniżmu ta’ aġġustament japplika biss fejn il-produttur li jbigħ l-enerġija fis-suq ħieles jaċċessa l-inċentiv billi jirreġistra fir-reġistru rilevanti u mhux ukoll fejn jaċċessah permezz ta’ parteċipazzjoni fi proċedura ta’ rkant?

____________

1     ĠU 2009, L 140, p. 16.

1     ĠU 2018, L 328, p. 82, rettifiki fil-ĠU 2020, L 311, p. 11, fil-ĠU 2021, L 224, p. 42 u fil-ĠU 2022, L 41, p. 37.