Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar  2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn)

(Kawża T-25/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pošta Slovenije d.o.o. (Maribor, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 088 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 994//2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokat)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________