Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' April 2009 - Rintisch vs UASI - Valfleuri Pâtes Alimentaires (PROTIACTIVE)

(Kawża T-152/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Valfleuri Pâtes Alimentaires SA (Wittenheim, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta' Frar 2009 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1661/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Valfleuri Pâtes Alimentaires SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "PROTIACTIVE", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 - Applikazzjoni Nru 4 843 348

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bernard Rintisch

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali Ġermaniża "PROTI" irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; trade mark figurattiva Ġermaniża "PROTIPOWER" irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; trade mark verbali Ġermaniża "PROTIPLUS" irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; trade mark verbali Ġermaniża "PROTITOP" irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32; trade mark Komunitarja verbali "PROTI" irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29;

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa l-oppożizzjoni fuq il-mertu; ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu jew għall-inqas naqas milli jiġġustifika l-mod kif eżerċitaha; abbuż ta' poter, peress li l-Bord tal-Appell, b'mod żbaljat, naqas milli jikkunsidra dokumenti u provi prodotti mir-rikorrent.

____________

1 - Sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1-42)