Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2013 - MRI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/09) 

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Kunċett ta' ksur kontinwu jew ripetut - Preskrizzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

RikorrentI: Manuli Rubber Industries SpA (MRI) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Pappalardo u E. Marasà, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, S. Noë u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 428 finali, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 - Manek marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għal tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 428 finali, tat 28 ta' Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 - Manek marittimi) huwa annullat.

L-ammont tal-multa imposta fuq MRI huwa ffissat għal EUR 4 900 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 141, 20.6.2009.