Language of document : ECLI:EU:T:2013:260

Kawża T‑154/09

Manuli Rubber Industries SpA (MRI)

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-manek marittimi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Kunċett ta’ ksur kontinwu jew ripetut — Preskrizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Aspettattivi leġittimi — Multi — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Mejju 2013

1.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Deċiżjoni li tħalli dubju fi ħsieb il-qorti — Osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza

(Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni

(Artikoli 81 KE u 253 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

3.      Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 298/11)

4.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Valur miżjud sinjifikattiv tal-provi prodotti mill-impriża kkonċernata — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-element kronoloġiku tal-kooperazzjoni pprovduta — Rata ta’ tnaqqis

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 298/11, punti 23 sa 26)

5.      Akkordji — Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ ftehim u elementi ta’ prattika miftiehma — Klassifikazzjoni unika bħala “ftehim u/jew prattika miftehma” — Ammissibbiltà — Konsegwenzi fir-rigward tal-provi li għandhom jinġabru

(Artikolu 81(1) KE)

6.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Ksur uniku u kontinwu — Assenza ta’ prova li tikkonċerna ċerti perijodi speċifiċi tal-perijodu globali kkunsidrat — Assenza ta’ effett — Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impriża fil-ksur — Kunċett — Konsegwenzi fir-rigward tal-preskrizzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 2, 25(2) u 31)

7.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur — Dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata — Dħul mill-bejgħ magħmul bil-merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni rispettiv — Limiti

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 u 20)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Elementi ta’ evalwazzjoni — Elementi marbuta mal-ksur — Ċirkustanzi marbuta mal-impriża kkonċernata

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 20)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul — Assenza

(Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Implementazzjoni ta’ programm ta’ tqegħid f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mhux imperattiv

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Theddid u pressjonijiet subiti minn impriża — Esklużjoni — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva ta’ ftehim — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

13.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità u tul tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Effett

(Artikoli 81(1) KE u 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u (3), u 31)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 100-107)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 108, 109)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 114, 115)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 116-121, 318-322, 337)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 160-165, 169)

6.      Fir-rigward tal-kompetizzjoni, skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003, il-preskrizzjoni tiddekorri mill-ġurnata li fih twettaq il-ksur. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-preskrizzjoni għandha tibda tiddekorri biss mill-ġurnata li fih jintemm il-ksur.

F’dan ir-rigward, fil-maġġoranza tal-każijiet, l-eżistenza ta’ prattika jew ta’ ftehim antikompetittiv għandha tirriżulta minn numru ta’ koinċidenzi u ta’ indizji li, meta jiġu kkunsidrati flimkien, fl-assenza ta’ spjegazzjoni koerenti oħra, jistgħu jikkostitwixxu l-prova ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Tali indizji u koinċidenzi jippermettu, meta jiġu evalwati b’mod globali, li tiġi żvelata mhux biss l-eżistenza ta’ aġir jew ta’ ftehimiet antikompetittivi, iżda wkoll it-tul ta’ aġir antikompetittiv kontinwu u l-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ ftehim konkluż bi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Barra minn hekk, tali ksur jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn serje ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwu. Din l-interpretazzjoni ma tistax titqiegħed inkwistjoni minħabba l-fatt li punt jew numru ta’ punti minn din is-serje ta’ atti jew minn dan l-aġir kontinwu jistgħu wkoll jikkostitwixxi minnhom infushom u waħedhom ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Meta l-azzjonijiet differenti jaqgħu taħt pjan ġenerali, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni, il-Kummissjoni għandha d-dritt tikkunsidraha responsabbli minn dawn l-azzjonijiet minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur ikkunsidrat fl-intier tiegħu.

Fir-rigward tal-assenza ta’ prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ ftehim matul ċerti perijodi speċifiċi jew, mill-inqas, fir-rigward tal-implementazzjoni tiegħu minn impriża matul perijodu speċifiku, għandu jitfakkar li l-fatt li l-prova tal-ksur ma ġietx prodotta għal ċerti perijodi speċifiċi ma jipprekludix il-fatt li dan il-ksur jitqies li seħħ matul perijodu globali iktar estiż minn dawn il-perijodi, ġaladarba tali konstatazzjoni tibbaża ruħha fuq indizji oġġettivi u konkordanti. Fil-kuntest ta’ ksur mifrux fuq numru ta’ snin, il-fatt li l-manifestazzjonijiet tal-akkordju seħħew f’perijodi differenti, li jistgħu jiġu sseparati minn distanzi fi żmien ftit jew wisq twal, jibqa’ mingħajr effett fuq l-eżistenza ta’ dan l-akkordju, sa fejn l-azzjonijiet differenti li jagħmlu parti minn dan il-ksur isegwu għan wieħed u jidħlu fil-kuntest ta’ ksur ta’ natura unika u kontinwa. F’dan ir-rigward, numru ta’ kriterji huma rilevanti sabiex tiġi evalwata n-natura unika ta’ ksur, jiġifieri l-identiċità tal-għanijiet tal-prattiki inkwistjoni, l-identiċità tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati, l-identiċità tal-impriżi li pparteċipaw fih, u l-identiċità tal-metodi tal-implementazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-identiċità tal-persuni fiżiċi involuti f’isem impriżi u l-identiċità tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-prattiki inkwistjoni jistgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-eżami.

B’hekk, għal dak li jikkonċerna l-ksur kontinwu, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-ksur — jew il-parteċipazzjoni ta’ impriża fil-ksur — ma ġiex interrott, anki jekk hija ma għandhiex il-provi tal-ksur għal ċerti perijodi speċifiċi, inkwantu l-azzjonijiet differenti li jagħmlu parti minn dan il-ksur isegwu għan wieħed u jistgħu jidħlu fil-kuntest ta’ ksur ta’ natura unika u kontinwa, fejn tali konstatazzjoni għandha tibbaża ruħha fuq indizji oġġettivi u konkordanti li juru l-eżistenza ta’ pjan globali. Meta jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, il-kunċett ta’ ksur kontinwu jippermetti b’hekk lill-Kummissjoni timponi multa għall-perijodu kollu li matulu seħħ il-ksur meħud inkunsiderazzjoni u jiddetermina d-data li fiha jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni, jiġifieri d-data li fiha l-ksur kontinwu ntemm. Madankollu, l-impriżi akkużati b’kollużjoni jistgħu jaqilbu din il-preżunzjoni, billi jinvokaw indizji jew provi li jistabbilixxu li, bil-kontra, il-ksur — jew il-parteċipazzjoni tagħhom fih — ma żvolġiex matul dawn l-istess perijodi.

Barra minn hekk, il-kunċett ta’ ksur ripetut huwa kunċett distint minn dak ta’ ksur kontinwu, fejn din id-distinzjoni hija qabel kollox ikkonfermata permezz tal-użu tal-kelma “jew” fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003.

B’hekk, ladarba jista’ jiġi stabbilit li l-parteċipazzjoni ta’ impriża fil-ksur ġie interrott u li l-ksur imwettaq mill-impriża qabel u wara dan il-perijodu juri l-istess karatteristiċi, li għandhom jiġu evalwati, b’mod partikolari, fir-rigward tal-identiċità tal-għanijiet tal-prattiki inkwistjoni, tal-prodotti kkonċernati, tal-impriżi li pparteċipaw fil-kollużjoni, tal-metodi prinċipali tal-implementazzjoni tiegħu, tal-persuni fiżiċi involuti f’isem l-impriżi u, fl-aħħar nett, tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tal-imsemmija prattiki, il-ksur inkwistjoni għandu jiġi kkwalifikat bħala uniku u ripetut. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tistax timponi multa għall-perijodu li matulu ġie interrott il-ksur. Barra minn hekk, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, it-tul tal-interruzzjoni ma jistax ikun iżjed minn ħames snin, f’liema każ l-impożizzjoni ta’ multa għall-perijodu li matulu seħħ il-ksur preċedenti għal din l-interruzzjoni tiġi fil-fatt preskritta.

(ara l-punti 190-201)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 225, 234, 235, 351)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 226)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 260)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 264)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 272)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 286-289)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 345-350)