Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2023 minn Wallmax Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawżi Magħquda T-218/22 u T-219/22, Roxtec u Wallmax vs EUIPO – Wallmax u Roxtec (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru blu li fih tmien ċirki konċentriċi suwed)

(Kawża C-495/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Wallmax Srl (rappreżentanti: L. Goglia u B. Villa, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Roxtec AB, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tas-27 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Wallmax Srl għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________