Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2014 – Streng vs UASI – Gismondi (PARAMETRICA)

(Kawża T-495/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PARAMETRICA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Parameta – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni – Regola 19(2) u (3) u Regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Michael Streng (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Pappert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fulvio Gismondi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, G. Petrocchi, M. Bucarelli u F. Bellan, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2011, (Każ R 1348/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Michael Streng u Fulvio Gismondi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Michael Streng huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 347, 26.11.2011.