Language of document : ECLI:EU:T:2001:94









SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla Estiża)

15 ta’ Marzu 2001 (*)

Note analyste:lfiRefVide: outil=AideCitation numdoc=62003J0078 lg=fr type=pointm point=41 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {D�faut d'ouverture de la proc�dure }“Għajnuniet mogħtija mill-Istat ─ Nuqqas li tinfetaħ il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat KE (li issa sar l-Artikolu 88(2) KE) – Diffikultajiet serji”

Fil-kawża T-73/98

Société chimique Prayon-Rupel SA, stabbilita f’Engis (Il-Belġju), irrappreżentata minn B. van de Walle de Ghelcke, avukat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

kontra

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn D. Triantafyllou, bħala aġent, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

sostnuta mir-

Repubblika Federali tal-Ġermanja, irrappreżentata minn B. Muttelsee Schön, bħala aġent, assistita minn C. von Donat, avukat,

parti intervenjenti

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuna mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Chemische Werke Piesteritz GmbH,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (Il-Ħames Awla Estiża),

komposta minn R. García-Valdecasas, President, P. Lindh, J. D. Cooke, M. Vilaras u N. J. Forwood, Imħallfin,

Reġistratur: B. Pastor, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-6 ta’ Lulju 2000,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Fatti u proċedura

1        

Reference exacte: LI objet : {ne pas soulever d'objections � l'octroi d'aides }

Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Jannar 1998, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern Ġermaniż bid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar miżuri finanzjarji favur Chemische Werke Piesteritz GmbH (aktar ’il quddiem “CWP”), li fiha ddikjarat li ma kinitx se tqajjem ebda oġġezzjoni kontra l-għotja ta’ għajnuna lil din l-impriża (aktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”).

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62001A0198 lg=fr type=pointm point=8 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {organisme de droit public // ... // l'ancienne R�publique d�mocratique allemande }

2        Mid-Deċiżjoni jirriżulta li CWP ġiet stabbilita fl-1994 sabiex, fil-kuntest ta’ privatizzazzjoni, takkwista l-fergħa ta’ “prodotti ġejjin mill-fosfru” tas-Stickstoffwerke AG Wittenberg Piesteritz (aktar ’il quddiem “Stickstoffwerke”), manifattur ta’ prodotti kimiċi stabbilita fl-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja. Qabel il-privatizzazzjoni tagħha, l-għajnuna mogħtija mill-Istat lil Stickstoffwerke kienet taqa’ taħt l-iskema Treuhandanstalt (korp pubbliku responabbli għar-ristrutturazzjoni ta’ l-impriżi ta’ l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża). Din il-privatizzazzjoni kienet imsieħba ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni u l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat (punti 2.1, 2.2 u 3).

3        Fid-deċiżjoni kkontestata jiġi indikat li hemm żewġ sistemi ta’ produzzjoni ta’ l-aċidu fosforiku. Permezz tal-proċedura “umda”, l-aċidu fosforiku “pur” jiġi estratt mill-aċidu fosforiku “bażiku” jew “mhux raffinat” permezz ta’ reazzjoni kimika. Fil-kuntest tal-proċedura “termika”, użata minn CWP, l-aċidu fosforiku pur jinkiseb permezz tal-kombustjoni ta’ fosfru elementali (punt 2.2, paragrafu 7).

4        Bejn l-1995 u l-1996, wara li l-provvista ta’ fosfru elementari provenjenti mill-Każakastan, is-sors ta’ provvista prinċipali tagħha, twaqqfet, is-sitwazzjoni ta’ CWP marret lura. Il-fondi proprji tagħha saru insuffiċjenti u telf li sar matul is-snin finanzjarji 1995 u 1996 naqqas konsiderevolment il-marġini ta’ likwidità ta’ l-impriża. Wara dawn id-diffikultajiet, sabiex CWP tkun tista’ tipprepara pjan ġdid ta’ ristrutturazzjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi estendewlha ż-żmien għall-ħlas tal-prezz tal-bejgħ kif ukoll proroga tal-garanzija sal-31 ta’ Diċembru 1996.

5        Peress li rriżulta li l-aċċess għall-aċidu fosforiku “mhux raffinat” kien aktar faċli u peress li l-ipproċessar tiegħu kien jiswa’ anqas, fl-1996, fil-kuntest ta’ pjan ġdid ta’ ristrutturazzjoni, CWP iddeċidiet li tbiddel il-materja prima u, konsegwentement, is-sistema ta’ produzzjoni tagħha. Dan il-pjan kien jipprovdi li, għall-finijiet ekoloġiċi, wieħed miż-żewġt ifran użati sa dakinhar minn CWP kellu jibda’ jintuża biss għall-kombustjoni ta’ gassijiet fosfini, li huma residwi tossiċi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-fosfati. It-tieni forn kellhu jiġi sostitwit minn proċessur kimiku ġdid li kellu jippermetti li CWP tkun tista’ timplementa l-proċedura “umda” fl-1999. Għalkemm l-ikbar żvantaġġ ta’ sistema bħal din huwa l-investimenti inizjali fl-infrastruttura, madankollu, fil-paragrafi 8 u 9 tal-punt 2.2 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni osservat li:

“(...) dan ma kienx impjant kompletament ġdid, iżda biss sostituzzjoni tal-proċessur kimiku, bir-riżultat li l-biċċa l-kbira tat-tagħmir il-qadim seta jibqa jintuża. Għaldaqstant, prattikament l-impjanti periferiċi kollha jibqgħu mhux mittiefsa.

Dan jippermetti li, fl-istess ħin, il-produzzjoni attwali ta’ fosfati relattivament sempliċi tiġi sostitwita minn prodotti ta’ kwalità għolja, b’valur miżjud ogħla”. [traduzzjoni mhux uffiċċjali]

6        Il-Kummissjoni tosserva illi, b’dan il-mod, CWP għandha l-intenzjoni li tindirizza l-produzzjoni tagħha fid-direzzjoni ta’ prodotti bħal dawn “b’tali mod li 75 % tal-produzzjoni tagħha tkun tikkonsisti fi prodotti speċjali għall-industriji agrikoli u ta’ l-ikel, bħall-għalf għall-annimali, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u ta’ l-ikel, kif ukoll prodotti intiżi għat-trattament ta’ l-ilma” (paragrafi 8 u 9 tal-punt 2.2 tad-Deċiżjoni).

7        Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ssostni li, minbarra l-ħlas ta’ DEM 5,2 miljun taħt diversi skemi ta’ għajnuna li kienu ġew preċedentement approvati minnha, il-miżuri finanzjarji favur CWP jinkludu l-għotja ta’ DEM 25,5 miljun f’għajnuniet ġodda. Din l-għajnuna l-ġdida tinkludi l-posponiment akkordat mill Istat, sa’ l-1999, fil-ħlas tal-prezz tal-bejgħ tad-diviżjoni “tal-fosfru” tas-Stickstoffwerke (DEM 6,7 miljuni), kif ukoll għajnuna għall-investimenti (DEM 10,3 miljuni) u l-kopertura ta’ telf mogħtija b’mod konġunt mill-Bundesanstalt für vereinigungsbedingte Sonderaufgaben (BvS), il-korp li ssostitwixxa t-Treuhandanstalt u mil-land ta’ Sassonia Anhalt (DEM 8,5 miljuni) (punt 3).

8        Mid-Deċiżjoni jirriżulta li, permezz ta’ faks tal-15 ta’April 1997, il-Gvern Ġermaniż nnotifika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bħala għajnuniet għar-ristrutturazzjoni. Fl-14 ta’ Mejju u fit-22 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni talbet lill-Gvern Ġermaniż jipprovdi informazzjoni supplementari. It-tweġibiet ta’ dan il-Gvern waslu fl-10 ta’ Lulju u fit-2 ta’ Settembru 1997. Fis-17 ta’ Ġunju 1997, il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel domanda għall-informazzjoni min-naħa ta’ kompetitur dirett ta’ CWP. Fit-28 ta’ Lulju 1997, kompetitur dirett ieħor esprima xi tħassib fir-rigward tas-sitwazzjoni kompetittiva

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62003C0519 lg=fr type=pointm point=26 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {pas �t� notifi�es en temps utile }

9        

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62003A0349 lg=fr type=pointm point=3 id=1 Comment: ! 20 langues ! : { }

Matul il-proċedura, il-Kummissjoni kkonstatat li wħud mill-għajnuniet mogħtija lil CWP ma kinux ġew innotifikati fil-ħin (punt 1 tad-Deċiżjoni). Il-Kummissjoni eżaminat il-kompatibbiltà tal-proposta ta’ għajnuna mas-suq komuni fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mogħtija mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU C-368, 1994, p. 12; aktar ’il quddiem: il-“Linji gwida”). Hija kkunsidrat li l-kundizzjonijiet li jinstabu fihom, jiġifieri li l-impriża terġa’ ssir vijabbli permezz tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, il-prevenzjoni ta’ distorsjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni, il-limitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu strettament neċessarju u l-kontroll ta’ l-implementazzjoni kollha tal-proġett ta’ ristrutturazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, kienu sodisfatti (punt 5 tad-deċiżjoni).

10      Għaldaqstant, fis-16 ta’ Diċembru 1997, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna in kwistjoni kienet kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 92(3)(c) tat-Trattat KE [li, wara l-emendi sar l-Artikolu 87(3)(c) KE] u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, mingħajr ma fetħet il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 88(2) KE).

11      Fid-19 ta’ Diċembru 1997, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti dwar dan u, permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Frar 1998, hija impenjat ruħha li tibgħatilha kopja tad-deċiżjoni. Sommarju ta’ din id-deċiżjoni kien ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta’ Frar 1998 (C 51, p. 7) u, fil-5 ta’ Marzu 1998, ir-rikorrenti rċeviet it-test sħiħ ta’ l-istess deċiżjoni mingħand il-Kummissjoni.

12      Huwa stabbilit li r-rikorrenti, permezz tal-proċess umdu, tipproduċi prodotti li huma perfattament sostitwibbli għal dawk prodotti minn CWP. Mingħajr ma ppreżentat ilment formali quddiem il-Kummissjoni, r-rikorrenti bagħtitilha informazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami ta’ l-għajnuniet in kwistjoni.

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62002J0189 lg=fr type=pointm point=72 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {� titre de mesures d'organisation de la proc�dure }

13      Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-5 ta’ Mejju 1998, ir-rikorrenti ressqet dan ir-rikors. Permezz ta’ seperat, bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, hija talbet ukoll li l-Kummissjoni tiġi ordnata li tipproduċi dokumenti dwar il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ CWP u li twieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet dwar l-informazzjoni li kellha meta adottat id-Deċiżjoni.

14      Fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri provviżorji skond l-Arikolu 185 tat-Trattat KE (li issa sar l-Artikolu 242 KE), li ġiet miċħuda mill-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza permezz tad-digriet tal-15 ta’ Lulju 1998, Prayon Rupel vs Il-Kummissjoni, (T-73/98 R, Ġabra p. II-2769).

15      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-8 ta’ Ġunju 1998, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet sabiex tintervjeni fil-kawża preżenti sabiex issostni t-talbiet tal-Kummissjoni.

16      Permezz ta’ ittri tad-9 ta’ Ġunju u ta’ l-4 ta’ Diċembru 1998, ir-rikorrenti talbet li ċerta nformazzjoni titħalla barra mill-komunikazzjoni lill-Gvern Ġermaniż, għaliex kienet konfidenzjali jew għaliex kienet tikkostitwixxi sigriet tan-negozju.

17      

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Marzu 1999, il-President tal-Ħames Awla Estiża tal-Qorti tal-Prim’Istanza laqa’ t

Celex Arrêt T-88/01 point motif 17 ! 20 langues !

-talba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tintervjeni fil-kawża u laqgħa, parzjalment, it-talba ta’ kunfidenzjalità tar-rikorrenti.

18      Permezz ta’ ittri li waslu fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fid-9 ta’ Lulju u fit-23 ta’ Awwissu 1999, il-partijiet bagħtu, fit-terminu preskritt, l-osservazzjonijiet tagħhom dwar is-sottomissjonijiet ta’ l-intervenent ippreżentati fit-12 ta’ Mejju 1999.

19      Fuq rapport ta’ l-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, skond il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, stiednet lill-partijiet jirrisponu ċerti mistoqsijiet bil-miktub u jippreżentaw ċerti dokumenti, fosthom id-dokumentazzjoni dwar il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ CWP li kienet intalbet mir-rikorrenti fil-5 ta’ Mejju 1998. Dawn issodisfaw dawn it-talbiet.

20      It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim’ Istanza nstemgħu matul is-seduta tas-6 ta’ Lulju 2000

 It-talbiet tal-partijiet

21      

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza:

Celex Arrêt T-198/03 point motif 17 ! 20 langues !

–        tannulla d-Deċiżjoni;

–        

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Celex Arrêt T-198/03 point motif 17

22      

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti ta’ Prim’Istanza:

Celex Arrêt T-198/03 point motif 18

–        

tiċħad ir-rikors

Celex Arrêt T-198/03 point motif 18

–        

tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

Celex Arrêt T-198/03 point motif 18

23      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza tiċħad ir-rikors.

 Id-dritt

24      Bi tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ir-rikorrenti irtirat motiv preliminari bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità meta ġiet adottata d-Deċiżjoni, b’tali mod li r-rikors tagħha issa huwa bbażat fuq tliet motivi.

25      Permezz ta’ l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 92(3)(c) tat-Trattat, ir-rikorrenti tikkuntesta l-fondatezza ta’ l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna kkonċernata mas-suq komuni. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet. Permezz ta’ l-ewwel parti, ir-rikorrenti tipprova turi li d-Deċiżjoni hija vvizzjata minn numru ta’ ineżattezzi fattwali u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li kull persuna b’xi għarfien dwar il-karatteristiċi tekniċi u ekonomiċi ta’ l-industrija ta’ l-aċidu fosforiku u l-prodotti derivati minnu ma tistax tonqos milli tinnota. Permezz tat-tieni parti, li tikkonċerna ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida, ir-rikorrenti essenzjalment tiżviluppa żewġ argumenti. L-ewwel nett, hija ssostni li l-miżuri favur CWP ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni skond il-Linji gwida. Sussidjarjament, hija ssostni li din l-għajnuna ma tissodisfax il-kriterji ta’ kompatabilità stabbiliti mill-istess Linji gwida.

Reference exacte: LI point 9 : {retour � la viabilit� // ... // distorsions de concurrence indues }

26      Fil-kuntest ta’ l-ewwel motiv, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq elementi tekniċi u ekonomiċi sabiex tikkontesta l-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna kkonċernata mas-suq komuni, b’mod partikolari l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltajiet li CWP terġa’ ssir vijabbli, il-prevenzjoni ta’ distorsjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni u l-proporzjonalità ta’ l-għajnuna ma’ l-ispejjeż u l-vantaġġi tar-ristrutturazzjoni.

27      Ir-rikorrenti tirreferi, sostanzjalment, għall-istess elementi, ibbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 93(2) tat-Trattat, sabiex issostni t-tieni motiv. Hija tallega li, peress li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni, hija kienet marbuta li tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat, anki minħabba d-diffikultajiet serji mqajma mill-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna kkontestata mas-suq komuni.

28      It-tielet u l-aħħar motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

29      Għandu l-ewwel nett jiġi eżaminat il-motiv ibbażat fuq ksur ta’ l-Artikolu 93(2) tat-Trattat, fid-dawl ta’ l-elementi mressqa sabiex jipprovaw l-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u l-ineżattezzi fattwali allegati in sostenn ta’ l-ewwel motiv.

Reference exacte: LI point 27 : {�tait tenue d'ouvrir la // ... // paragraphe 2, du trait� }

30      Ir-rikorrenti ssostni li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni kienet marbuta li tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat. Għalkemm huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami ta’ għajnuna notifikata meta hija tiltaqa’ ma diffikultajiet serji, bħala punt ta’ dritt, huma ma jaqblux dwar in-natura u l-portata ta’ dan il-kriterju u, f’dak li jirrigwarda l-fatti, fuq il-kwistjoni dwar jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ in kwistjoni kinux jeżiġu l-ftuħ ta’ din il-proċedura.

 Fuq il-kriterju tal-ftuħ tal-proċedura formali ta’ eżami ta’ għajnuna previst fl-Artikolu 93(2) tat-Trattat


 L-argumenti tal-partijiet

31      

Celex Arrêt T-27/02 point motif 52 ! 20 langues !

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha tiftaħ proċedura formali ta’ eżami prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat meta eżami preliminari ta’ l-għajnuna ma jeliminax id-diffikultajiet kollha mqajma mill-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni. Huwa biss b’mod eċċezzjonali, meta tiġi ppreżentata proġetti li, ma’ l-ewwel daqqa ta’għajn, huma manifestament kompatibbli mas-suq komuni li l-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha li tadotta deċiżjoni fil-fażi tal-proċedura preliminari. Filwaqt li tirreferi għall-punt 15 tal-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Tesauro għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 1993, Cook vs Il-Kummissjoni (C-198/91, Ġabra p. I-2487), ir-rikorrenti ssostni li l-ġurisprudenza ċċitata f’dan il-punt hija biss espressjoni speċifika ta’ prinċipju ta’ applikazzjoni ġenerali.

32      Id-determinazzjoni tan-natura serja tad-dubbji dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna għandha tiġi evalwata abbażi ta' elementi oġġettivi, b’mod partikolari, it-tul ta’żmien ta’ l-eżami, il-frekwenza tal-konsultazzjonijiet ma’ l-Istat li ta l-għajnuna u l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni. Minkejja s-setgħa ta’ diskrezzjonali wiesgħa li l-Kummissjoni għandha fil-kuntest tal-proċedura preliminari, hija ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji u, għaldaqstant, hija kellha tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami. L-eżistenza ta’ dawn id-diffikultajiet hija suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju, li jmur lil hinn mill-verifika ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.

33      Il-Kummissjoni tikkonfuta li l-proċedura preliminari tippermettilha li twettaq evalwazzjoni inizjali ta’ l-għajnuna sabiex tistabbilixxi jekk hemmx diffikultajiet li jeħtieġu l-ftuħ tal-proċedura formali ta’ eżami skond l-Artikolu 93(2) tat-Trattat. Jekk l-għajnuna notifikata mhijiex manifestament kompatibbli jew inkompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk id-diffikultajiet imqajma humiex ta’ natura. Bis-saħħa ta’ l-esperjenza tagħha, hija kapaċi tegħleb ċerti diffikultajiet mingħajr ma tirrikorri għal proċedura kuntradittorja.

34      Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikulari s-sentenza tagħha tat-2 ta’ April 1998, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France (C-367/95, Ġabra. p. I-1719, punt 39), jirriżulta impliċitament li l-Kummissjoni għandha ċerta diskrezzjoni f’dan l-eżami preliminari u li, anki minħabba l-lacunae frekwenti fin-notifiki magħmula mill-Istati Membri, hija tista’ tikkonsulta ma’ terzi sabiex takkwista informazzjoni aktar kompluta. Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx adottat il-konklużjoniet kollha ta’ l-Avukati Ġenerali Sir Gordon Slynn u Tesauro, rispettivament fis-sentenzi tagħha ta’ l-20 ta’ Marzu 1984, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (84/82, Ġabra p. 1451, 1492), u Cook vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq (Ġabra p. I-2502), għaliex dawn kienu aktar inklinati li jagħmlu l-proċedura skond l-Artikolu 93(2) tat-Trattat aktar awtomatika. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant riedet iżżomm ċerta libertà tal-Kummissjoni sabiex din tevalwa n-natura serja tad-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni tkunu teħtieġ li tiġi “kkoreġuta u kkompletata aktar minn darba” (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni, C-301/87, Ġabra p. I- 307, punti 27 u 28).

35      Il-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni tajba u ta’ l-ekonomija tal-proċedura jagħtu lill-Kummissjoni ċerta libertà fit-tmexxija tal-proċedura preliminari. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija tista’ tagħżel li ma tibdiex il-proċedura kuntradittorja meta jidrilha li din hija sproporzjonata meta mqabbla mad-diffikultajiet mqajma jew mal-konsegwenzi, fil-konfront tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna, li ġġib magħha sospensjoni mhux iġġustifikata ta' din l-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha dritt għal ċerta flessibbiltà fit-tmexxija tal-proċedura preliminari, dejjem fil-parametri tal-liġi, sakemm ma jkunx hemm diffikultajiet li jagħmlu l-għajnuna, prima facie, inkompatibbli mas-suq komuni. Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat din it-teżi fil-kuntest speċifiku ta’ għajnuna mogħtija fi kwoti differenti (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 1998, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-140/95, Ġabra p. II- 3327). Fil-każ preżenti, id-diffikultajiet invokat mir-rikorrenti matul il-proċedura ma kinux ta’ natura suffiċentement serja b’tali mod li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ proċedura formali.

36      Mill-bqija, il-Kummissjoni tfakkar li hija ma kinitx obbligata li tibda diskussjoni kuntradittorja mal-kwerelant u l-anqas li teżamina l-ilmenti li dan żgur kien jagħmel kieku ngħata l-opportunità li jsir jaf l-elementi li l-Kummissjoni kienet ġabret fil-kuntest ta’ l-investigazzjoni tagħha. (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata aktar ’il fuq, f’punti 58 sa 60).

37      Skond ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna ma setgħetx tiġi kkuntestata; il-ftuħ ta’ proċedura formali ta’ eżami ma kinitx ġustifikata għaliex din kienet twassal neċessarjament għall-istess konklużjonijiet tad-Deċiżjoni. L-interess Komunitarju konness mar-ristrutturazzjoni ta’ CWP jiprekludi l-ftuħ ta’ proċedura formali fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ kompetitur, meta, mit-termini tan-notifika, jirriżulta b’mod ċar li l-għajnuna ma toħloqx riskju serju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-kummerċ. Id-dritt tal-kompetituri ma jistax jestendi sal-punt li dawn ikunu jistgħu jingħataw informazzjoni jew li jippreżentaw sottomissjonijiet dwar id-dettalji tekniċi tar-ristrutturazzjoni proposta - informazzjoni bħal din tikkostitwixxi sigrieti tan-negozju li għandhom ikunu mħarsa.

38      Fl-interessi ta’ l-ekonomija proċedurali, il-proċedura formali għandha tkun riżervata għal kwistjonijiet fejn il-Kummissjoni għandha dubbji ġustifikati. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tenfasizza li l-Kummissjoni kienet iddikjarat li l-kontroll Komunitarju ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istat ma kellux jostakola l-15 000 privatizzazzjoni mnedija abbażi tas-sistema Treuhandanstalt.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim Istanza

39      Għandhom jiġu mfakkra r-regoli ġenerali dwar is-sistema ta’ kontroll ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istat, stabbilita mit-Trattat u kkonfermata mill-ġurisprudenza (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata aktar ’il fuq, punti 33 sa 39; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 1998, Gestevisión Telecinco vs Commissione, T-95/96, Ġabra p. II-3407, punti 49 sa 53, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, Ġabra p. II-3235, punti 164 sa 166).

40      L-Artikolu 93 jipprovdi proċedura speċjali li tirregola l-eżami permanenti u l-istħarriġ ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istat min-naħa tal-Kummissjoni. F’dak li jirrigwarda l-għajnuna ġdida li l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu, teżisti proċedura li għandha tiġi segwita sabiex għajnuna tkun meqjusa li ġiet introdotta b’mod regolari u li tipprovdi li l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata qabel l-implementazzjoni ta’ pjani sabiex għajnuna tiġi introdotta jew modifikata. Il-Kummissjoni mbagħad tagħmel eżami preliminari ta’ l-għajnuna proposta. Jekk, fi tmiem dan l-eżami, jidrhilha li l-pjan mhuwiex kompatibbli mas-suq komuni, hija tiftaħ, mingħajr dewmien, il-proċedura prevista mill-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 93(2) tat-Trattat, li jipprovdi illi: “Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet ikkonċernati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta’ għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 92, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni”. Il-Kummissjoni għandha kompetenza esklużiva f’dak li jirrigwarda l-konstatazzjoni ta’ l-eventwali inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 1977, Steinike & Weinlig, 78/76, Ġabra p. 595, punti 9 u 10).

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62002A0171 lg=fr type=pointm point=32 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {Elle vise, d'une part, // ... // de prendre sa d�cision }

41      

Reference exacte: v. capture : {l'obligation de mettre en // ... // de pr�senter leurs observations }

RefVide: outil=AideCitation numdoc=61999A0354 lg=fr type=pointm point=80 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {disposent ainsi du droit // ... // Rec. p. II 2405 }

Celex Arrêt T-27/02 point motif 32 ! 20 langues !

Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-proċedura preliminari ta’ eżami ta’ għajnuna, stabbilita mill-Artikolu 93(3) tat-Trattat, li għandha biss l-għan li tippermetti li l-Kummissjoni tifforma opinjoni inizjali dwar il-kompatibbiltà, parzjali jew totali, ta’ l-għajnuna in kwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-proċedura formali ta’ eżami, stabbilita mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat. Din it-tieni proċedura tippermetti eżami aktar fil-fond tal-miżuri ta’ l-Istat u għandha għan doppju. Din hija ntiża sabiex, minn naħa, tħares id-drittijiet ta’ terzi li huma potenzjalment ikkonċernati u, min-naħa l-oħra, sabiex tippermetti li l-Kummissjoni tkun infurmata sewwa dwar il-fatti kollha tal-każ qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha (ara s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 13). Għalhekk, il-proċedura formali tinkludi l-obbligu li terzi kkonċernati jiġu mistiedna sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri eżaminati. Din il-proċedura tawtorizza kemm lil dawn it-terzi kif ukoll lill-Istati Membri sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar miżuri li jeffettwaw l-interessi tagħhom, u tippermetti li l-Kummissjoni tiġbor dawk l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ dritt, li huma ndispensabbli għall-evalwazzjoni tagħha. Għaldaqstant, it-terzi għandhom id-dritt li jkunu infurmati dwar il-proċedura u d-dritt li jipparteċipaw fiha, anki jekk il-portata ta’ tali parteċipazzjoni tista’ tiġi limitata skond iċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 1998, British Airways et vs Il-Kummissjoni, T-371/94 u T-394/94, Ġabra p. II-2405, punti 58 sa 64).

42      

Note : v. egalement 62002A0027, p.52, ! 20 langues ! : { }

Skond ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat hija obbligatorja meta l-Kummissjoni ssib diffikultajiet serji sabiex tevalwa jekk għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq komuni. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha għall-proċedura preliminari skond l-Artikolu 93(3) tat-Trattat u tadotta deċiżjoni favorevoli dwar miżura ta’ l-Istat innotifikata biss fil-każ fejn, wara l-ewwel eżami, hija tkun konvinta li l-imsemmija miżura ma tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna skond l-Artikolu 92(1) tat-Trattat jew li din, għalkemm tikkostitwixxi għajnuna, hija kompatibbli mas-suq komuni. Min-naħa l-oħra, jekk dan l-ewwel eżami wassal lill-Kummissjoni sabiex tifforma l-opinjoni kuntrarja dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni jew anki jekk ma ppermettiliex li tegħleb id-diffikultajiet kollha mqajma mill-evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tiġbor l-opinjonijiet kollha neċessarju u li, għal dan il-għan, tiftaħ il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 13; Cook vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 29, u s-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra vs Il-Kummissjoni, C-225/91, Ġabra p. I-3203, punt 33; ara, bl-istess mod, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Settembru 1995, SIDE vs Il-Kummissjoni, T-49/93, Ġabra p. II-2501, punt 58)

43      Hija l-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi, skond iċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt speċifiċi tal-każ, jekk id-diffikultajiet li sabet fl-eżami tal-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna jeħtiġux il-ftuħ ta’ din il-proċedura (ara s-sentenza Cook vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 30). Din l-evalwazzjoni għandha tirrispetta tliet eżiġenzi.

44      

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62003J0539 lg=fr type=pointm point=36 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {consid�rations d'�conomie de proc�dure }

L-ewwel nett, l-Artikolu 93 tat-Trattat jillimita s-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni, mal-konklużjoni tal-proċedura preliminari, biss għal dawk il-miżuri li ma jqajmu l-ebda diffikultà serja, b’tali mod li dan il-kriterju għandu natura esklużiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tibda’ l-proċedura formali ta’ eżami billi tibbaża ruħha fuq ċirkustanzi oħra, bħall-interessi ta’ terzi, kunsiderazzjonijiet ta’ l-ekonomija tal-proċedura u kull raġuni oħra ta’ konvenjenza amministrattiva.

Reference exacte: LI point 30 : {difficult�s s�rieuses }

45      It-tieni nett, meta l-Kummissjoni ssib diffikultajiet serji, hija għandha tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami u, f’dan ir-rigward, m’għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali. Għalkemm is-setgħa tagħha hija limitata f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura formali ta’ eżami, hija għandha, madankollu, ċerta diskrezzjoni fl-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tistabilixxi jekk dawn iqajmux diffikultajiet serji. Skond l-għan ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat u skond l-obbligu tagħha ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni tista’, b’mod partikolari, tiftaħ diskussjoni ma’ l-Istat li nnotifika l-għajnuna u ma’ terzi sabiex tegħleb, matul il-proċedura preliminari, id-diffikultajiet li setgħet iltaqat magħhom.

46      F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, bil-kontra ta’ dak li l-Kummissjoni tidher li qiegħda ssostni, id-diskrezzjoni fit-tmexxija tal-proċedura ta’ l-Artikolu 93, li ssemmiet mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, mhijiex rilevanti għall-kawża preżenti. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat il-kwistjoni ta’ liema proċedura l-Kummissjoni għandha ssegwi meta, skond l-Artikolu 92(3)(c) tat-Trattat u wara l-proċedura formali, hija tapprova, taħt ċerta kundizzjonijiet, għajnuna mogħtija mill-Istat maqsuma fi kwoti u fejn, suċċessivament, jirriżulta li waħda mill-kundizzjonijiet imposti ma ġietx rispettata (ara s-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 85). Huwa f’dan il-kuntest speċifiku li l-Qorti tal-Prim’Istanza rrikonoxxiet li l-Kummissjoni għandha “ċerta setgħa ta’ tmexxija u ta’ sorveljanza f’dak li jirrigwarda l-implementazzjoni ta’ din l-għajnuna sabiex, b’mod partikolari, hija tkun tista’ taffaċċja żviluppi li ma setgħux jiġu previsti meta kienet ġiet adottata d-deċiżjoni inizjali”. Għalkemm, abbażi ta’ dan is-setgħa ta’ tmexxija u ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istat mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-proċedura formali, il-Qorti tal-Prim’Istanza qagħdet attenta li tfakkar li din is-setgħa tista’ tintuża biss bil-kundizzjoni li “dan it-tibdil ma jqajjimx dubbji dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni” (ara s-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 89). Abbażi ta’ dan il-prinċipju, fil-punti 98 sa 135 tas-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza vverifikat jekk l-evalwazzjonijiet, li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni kkontestata, kinux jinxolvu diffikultajiet ta’ natura li jiġġustifikaw il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura formali.

47      It-tielet nett, il-kunċett ta’ diffikultajiet serji huwa ta’ natura oġġettiva. L-eżistenza ta’ diffikultajiet bħal dawn għandha titfittex kemm fiċ-ċirkustanzi li wasslu għall-adozzjoni ta’ l-att ikkontestat, kif ukoll fil-kontenut tiegħu, “b’mod oġġettiv, billi r-raġunijiet għad-deċiżjoni jiġu pparagunati ma’ l-elementi li l-Kummissjoni kellha meta hija ddeċidiet dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna kkontestata mas-suq komuni” (ara s-sentenza SIDE vs. Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 60). Konsegwentement, l-istħarriġ tal-legalità min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, imur, minn natura tiegħu stess, lil hinn mill-verifika ta’ jekk kienx hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi ċċitati aktar ’il fuq, Cook vs Il-Kummissjoni, punti 31 sa 38, Matra vs Il-Kummissjoni, punti 34 sa 39, SIDE vs Il-Kummissjoni, punti 60 sa 75, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, punti 164 sa 200, u Ryanair vs Il-Kummissjoni, punti 98 sa 135).

48      

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62004B0426 lg=fr type=pointm point=29 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {Si son pouvoir est li� }

Fil-każ preżenti, filwaqt li tirrikonoxxi li l-każ kien qajjem xi diffikultajiet, il-Kummissjoni ssostni li dawn ma kinux ta’ natura serja b’tali mod li jikkontesta l-fondatezza ta’ l-evalwazzjoni tagħha tal-kwalifikazzjoni legali ta’ dawn id-diffikultajiet. Din l-interpretazzjoni suġġettiva tal-kriterju ta’ diffikultajiet serji twassal għall-impożizzjoni fuq ir-rikorrenti ta’ oneru tal-prova ekwivalenti għal dak neċessarju sabiex jiġi ppruvat li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda l-kwalifikazzjoni legali tad-diffikultajiet li nstabu. Interpretazzjoni bħal din tmur kontra l-Artikolu 93(3) tat-Trattat u jista’ jkollha bħala konsegwenza li terzi kkonċernati jiġu mċaħħda mill-garanziji proċedurali mogħtija lilhom mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat.

49      

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62004J0411 lg=fr type=pointm point=47 id=1 : {faisceau d'indices concordants }

! 20 langues ! : { }

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62003A0349 lg=fr type=pointm point=143 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {ne saurait d�pendre de // ... // concernant son degr� d'efficacit� }

Ir-rikorrenti għandha l-oneru li tipprova l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, prova li hija tista’ tipprovdi billi tirreferi għal serje ta’ indizji konsistenti. Skond l-Artikolu 173 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 230 KE), fil-kuntest ta’ rikors għall-annullament il-legalità ta’ att Komunitarju għandha tkun evalwata skond l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt li kienu jeżistu meta l-att ġie adottat (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 1979, Franza vs Il-Kummissjoni, 15/76 u 16/76, Ġabra p. 321, punt 7, u British Airways et vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 81) u ma tistax tiddependi fuq kunsiderazzjonijiet retrospettivi fir-rigward ta’ kemm dan l-att kien effikaċi (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 1973, Schroeder, 40/72, Ġabra p. 125, punt 14).

50      Għaldaqstant, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni l-informazzjoni li l-Kummissjoni kellha, jew li seta’ jkollha, fid-data ta’ meta adottat id-Deċiżjoni, b’mod partikolari dik l-informazzjoni li kienet pubblika u li, mingħajr dubbju, kienet għad-dispożizzjoni tagħha f’din id-data, bħal dik li tirrigwarda l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ta’ l-aċidu fosforiku u tal-prodotti derivati minnu, kif ukoll dik l-informazzjoni dwar il-proċessi industrijali li jwasslu għal produzzjoni tagħhom.

51      Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, għandhom jiġu eżaminati l-ilmenti u l-argumenti tal-partijiet u għandu jiġi stabbilit jekk, fil-każ preżenti, l-evalwazzjoni ta’ l-għajnuna kkonċernata kinitx tinvolvi diffikultajiet serji b’tali mod li l-Kummissjoni kellha l-obligu li tiftaħ il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat.

 Fuq l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji

52      Sabiex tipprova l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, ir-rikorrenti ssostni li, minn naħa, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni li tippermettilha li tieħu deċiżjoni informata dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna in kwistjoni. Min-naħa l-oħra, hija tallega li t-tul ta’ żmien u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura preliminari jikkostitwixxu indizji dwar l-eżistenza ta’ dawn id-diffikultajiet.

 Fuq il-karattru suffiċjenti ta’ l-informazzjoni tal-Kummissjoni

–        L-argumenti tal-Partijiet

53      Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma kellhiex l-elementi neċessarji sabiex tevalwa d-diffikultajiet ta’ provvista, il-fattibbiltà tal-miżuri tekniċi previsti, il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ CWP u tas-swieq rilevanti, b’tali mod li l-konklużjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna in kwistjoni huma żbaljati.

54      Wara li tfakkar il-karatteristiċi ġenerali tal-produzzjoni ta’ l-aċidu fosforiku u tal-prodotti derivati minnu u wara li osserva diversi żbalji u ineżattezzi terminoloġiċi fid-deċiżjoni kkontestata u fid-dokumenti tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ssostni li, l-ewwel nett, peress li l-Kummissjoni kienet infurmata ħażin dwar il-prodotti konċernati, il-proċessi tagħhom ta’ fabbrikazzjoni u s-swieq rispettivi tagħhom, hija kienet żbaljata meta aċċettat it-teżi ta’ l-awtoritajiet Ġermaniżi li tgħid li diffikultajiet fil-provvista ta’ materja prima jiġġustifikaw l-għotja ta’ għajnuna ġdida lil CWP. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tesprimi dubbji dwar il-gravità ta’ dawn id-diffikultajiet ta’ provvista, peress li l-fosfru elementari huwa materja prima li hija disponibbli b’mod abbundanti fis-suq internazzjonali. Ir-rikorrenti ssostni li l-problemi li ltaqgħat magħhom CWP bejn l-1994 u l-1996, jirriżultaw minn żball strateġiku fl-għażla tal-fornitur prinċipali tagħha ta’ fosfru elementari, jiġifieri l-kumpannija Fosfor, stabbilita fil-Kazakastan. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li, fir-realtà, id-diffikultajiet ta’ CWP f’dak li jirrigwarda l-likwidità tagħha, huma riżultat tal-fatt li, minħabba r-riskju għoli tagħha ta’ kreditu, il-fornituri tagħha jeżiġu li tħallas għax-xiri tagħha malli dan jintbagħat.

55      It-tieni nett, ir-rikorrent jikkontesta l-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-bidla fis-sistema ta’ produzzjoni, li hija intiża sabiex tassigura r-ritorn għall-vijabbiltà ta’ l-impriża. Bil-kontra ta’ dak li donnha emmnet il-Kummissjoni (punt 2.2(8) tad-Deċiżjoni), il-bidla mill-proċedura termika għall-proċedura umda ma tistax issir biss permezz ta’ l-istallazzjoni ta’ proċessur kimiku, li jiswa DEM 10 miljuni. Skond l-istimi tar-rikorrent, impjant ta’ kapaċità annwali ta’ 20 000 tunnella ta’ P2O5, kif deskritt fid-deċiżjoni, jiswa’ bejn DEM 24 miljuni u DEM 42 miljuni. B’investiment ta’ DEM 10 miljuni, hija biss possibbli l-kostruzzjoni ta’ stadju wieħed ta’ l-estrazzjoni ta’ aċidu fosforiku, u dan ifisser rata fqira ta’ estrazzjoni. Impjant bħal dan jiġġenera wkoll volum għoli ta’ skart, li jirrikjedi trattament li, waħdu, jiswa aktar minn DEM 10 miljuni f’għajnuna għall-investiment.

56      Jekk CWP verament għandha l-intenzjoni li tabbanduna l-metodu attwali tagħha ta’ produzzjoni għall-proċedura umda, l-investiment iffinanzjat permezz ta’ l-għajnuna kkonċernata ma jkunx kapaċi li jtejjeb il-kwalità tal-produzzjoni u li jżid il-vijabbiltà tagħha. Jekk CWP tattrezza ruħha b’impjant rudimentali li jippermetti l-użu tal-proċedura umda u li huwa intiż sabiex jopera flimkien ma’ l-impjant termiku eżistenti, l-għajnuna kkontestata għalhekk isservi sabiex tagħmel tajjeb għal problema kummerċjali u sabiex tiffaċilità d-diversifikazzjoni tal-provvista u tal-produzzjoni tagħha. F’dan il-każ, il-miżuri in kwistjoni jkunu jikkostitwixxu għajnuna għall-funzjonament, li hija projbita mill-Artikolu 92(1) tat-Trattat.

57      It-tielet nett, ir-rikorrenti tirrifjuta l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-kapaċità produttiva ta’ CWP se titnaqqas meta r-ristrutturazzjoni titlesta. Il-Kummissjoni aċċettat din it-teżi abbażi ta’ valur ta’ referenza dubbjuż, x’aktarx żbaljat. Fil-fatt, hija qabblet il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ CWP wara r-ristrutturazzjoni ma’ dik ta’ Stickstoffwerke fl-1990. F’dak li jirrigwarda l-kapaċità preżenti, li huwa stmat li hija ta’ 40 000 tunnellata, ir-rikorrenti ssostni li fl-1996 hija kkonstatat li wieħed biss miż-żewġt ifran ta’ CWP kien jintuża. Barra minn dan huwa eskluż li, wara li tadotta l-proċedura umda, CWP tkun tista’ tiddedika wieħed mill-ifran tagħha għal għanijiet ambjentali. Minn dan l-element, ir-rikorrenti tiddeduċi li CWP se tkompli topera dan il-forn għall-produzzjoni ta’ aċidu permezz tal-proċedura termika u li, fil-verità, qiegħda tipprova żżid struttura li tippermetti l-produzzjoni ta’ l-aċidu bil-proċedura umda ma’ l-impjanti termiki li diġà għandha.

58      Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tirrifjuta l-analiżi tas-suq tal-Kummissjoni u ssostni li mhemmx “suq għall-fosfati”, iżda hemm swieq distinti għall-aċidu fosforiku u l-prodotti derivati minnu. Dawn is-swieq huma kkaratterizzati minn kompetizzjoni b’saħħitha u kapacità żejda. Fl-aħħar snin, CWP impjegat ruħha fi prattiċi aggressivi li effettwaw kunsiderevolment il-kompetizzjoni. Fl-1997, il-bejgħ tar-rikorrent, meta mqabbel mas-snin finanzjarji 1996 u 1997, waqa’ b’49 % fil-Ġermanja għaliex il-prezz ta’ tunnellata ta’ aċidu fosforiku ppurifikat (75 %) niżel minn DEM 810 għal DEM 765 bejn it-tielet tliet xhur ta’ 1997 u l-ewwel tliet xhur ta’ 1998. Ir-rikorrenti ssostni li din l-għajnuna ser isservi sabiex titkompla attività magħmula b’telf, ser iġġib magħha żieda fil-kapaċià produttiva ta’ CWP u li għandha tippermettilha li tkompli tbigħ il-prodotti tagħha fis-suq bi prezzijiet baxxi.

59      Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-osservazzjonijiet ta’ natura teknika tar-rikorrent huma fondati, iżda ssostni li dawn huma sottiljezzi li bl-ebda mod ma jikkontestaw s-sustanza tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, l-għajnuna kkonċernata tikkostitwixxi biss emenda tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li kien sar mal-privatizzazzjoni ta’ l-1994 u li kien intiż sabiex jirranġa l-problemi ta’ provvista ta’ l-1995 u ta’ l-1996, fil-kuntest ta’ programm intiż li jtejjeb fit-tul is-sitwazzjoni ta’ CWP.

60      L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-ilmenti li jikkonċernaw il-fattibbiltà tal-bidla ta’ CWP għall-produzzjoni ta’ aċidu fosforiku bbażata fuq il-proċedura umda mhumiex rilevanti għaliex huma jikkonċernaw miżuri li huma parti integrali minn pjan ta’ ristrutturazzjoni li jista’ jwassal l-impriża lura għal vijabbiltà. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiddikjara li kienet għamlet evalwazzjoni globali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni sabiex tivverifika l-koerenza totali tiegħu. F’dak li jirrigwarda l-fondatezza ta’ dawn l-ilmenti u ta’ l-opportunità tal-bidla għall-proċedura umda, il-Kummissjoni ssostni li hija aċċettat biss dak li hu ovvju: il-provvista ta’ materja prima għal CWP kienet saret diffiċli. Minbarra l-problemi ta’ distanza, hemm ukoll ir-riskji politiċi eżistenti fil-pajjiżi ta’ esportazzjoni u ta’ tranżitu, kif ukoll problemi tekniċi, li huma magħrufa sewwa. Peress li kellha problemi gravi ta’ provvista ma’ Fosfor, CWP kienet imġiegħla ssib fornituri ġodda, sitwati barra miċ-Ċina u mill-Kazakastan. F’dawn iċ-ċirkustanzi, skond il-Kummissjoni, it-tfittxija għal sorsi indipendenti u affidabbli ta’ provvista kienet għan leġittimu ta’ CWP. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jwettaq dan il-għan għaliex l-offerta ta’ aċidu fosforiku mhux raffinat hija kbira u l-vijabbiltà ta’ l-impjant il-ġdid kien attestat u konfermat minn esperti indipendenti.

61      Barra minn dan, il-Kummissjoni tiċħad l-eżistenza ta’ ness ta’ kawżalità bejn, minn naħa, il-bidla ta’ CWP għall-proċedura umda, u min-naħa l-oħra, il-bdil fl-orjentament tal-produzzjoni tagħha. Dawn iż-żewġ miżuri fundamentali, li huma distinti iżda komplementari, jippermettu li CWP tibqa’ attiva fis-suq ta’ l-aċidu fosforiku, filwaqt li jżidu s-sehem ta’ mluħ fosfatiċi fil-fatturat tagħha. Peress li l-għażla ta’ materja prima ġdida u l-bdil fl-orjentament tal-produzzjoni għandhom, b’mod konġunt, jiggarantixxu r-ritorn ta’ CWP għall-vijabbiltà, il-fatt li l-bdil fl-orjentament tal-produzzjoni huwa r-riżultat tal-proċedura l-ġdida jew independentement minnha, ftit huwa rilevanti.

62      Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-analiżi tas-suq u tal-kapacitajiet produttivi hija intiża sabiex tistabbilixxi jekk hemmx produzzjoni żejda strutturali fis-suq ikkonċernat. Jekk dan ikun il-każ, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni għandha, bħala regola, tkun akkumpanjata minn kontribuzzjoni tal-benefiċjarju għar-ristrutturazzjoni tas-settur, permezz ta’ tnaqqis fil-kapaċità tiegħu ta’ produzzjoni. Peress li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li s-suq għandu produzzjoni żejda, hija adottat l-aktar ipoteżi favorevoli għall-kompetituri ta’ CWP. Madankollu, skond il-Linji gwida, il-Kummissjoni tista’ tkun anqas severa fl-evalwazzjoni tagħha tat-tnaqqis fil-kapaċità meta l-benefiċċjarju ta’ l-għajnuna tkun impriża żgħira jew medja jew meta l-impriża hija stabbilita f’reġjun li jaqa’ taħt l-Artikolu 92(3)(a) tat-Trattat, jew inkella meta tnaqqis bħal dan joħloq riskju ta’ bidla fl-istruttura tas-suq ikkonċernat. Dawn it-tliet ċirkustanzi kollha huma preżenti f’dan il-każ.

63      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tindika li, fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ l-1994, Fosfor kienet intrabtet li tipprovdi lil CWP b’fosfru elementari bi prezz vantaġġjuż ħafna u li tinvesti fiha kapital ta’ DEM 1.6 miljuni. Peress li Fosfor ma wettqitx l-obbligi tagħha u wara li kkonstatat li ebda fornitur ma kien se joffrilha kundizzjonijiet komparabbli ma’ dawk imwiegħda minn Fosfor, CWP kellha takkwista provvisti fuq is-suq bi prezzijiet sostanzjalment ogħla minn dawk previsti meta saret il-privatizzazzjoni tagħha. Barra minn dan, minħabba azzjoni antidumping, il-provvista ta’ CWP ta’ fosfru elementari miċ-Ċina wkoll kienet mgħedda.

64      Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li, fl-1996, CWP iddeċidiet li tadotta l-proċedura ta’ produzzjoni umda. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ l-1996 jiggarantixxi lil CWP provvista affidabbli ta’ materja prima, bi prezz vantaġġjuż, kif ukoll produzzjoni bi qligħ ta’ aċidu fosforiku peress li l-prezz ta’ produzzjoni tiegħu jinżel minn DEM 1 460 għal DEM 900 għal kull tunnellata ta’ P2O5.

65      Id-Deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq fatti vverifikati, li ġew, essenzjalment, korrettament miġbura fil-qosor f’din l-istess Deċiżjoni. Għalkemm ir-rikorrenti tikkritika xi ineżattezzi li jirrigwardaw id-deskrizzjoni ta’ l-aspetti tekniċi tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li d-Deċizjoni mhijiex ibbażata fuq dawn id-dettalji, li mhumiex rilevanti fir-rigward tal-validità tagħha. Il-Kummissjoni ma tistax tkun obligata li, f’deċiżjoni dwar għajnuna mogħtija mill-Istat, iddaħħal dettalji tekniċi li jikkostitwixxu sigriet tan-negozju.

66      Il-Gvern Ġermaniż isostni li l-interessi tar-rikorrent għandhom jiġu mwieżna mhux biss fil-konfront ta’ dawk ta’ CWP iżda wkoll fil-konfront ta’ l-interess tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tal-Komunità kollha sabiex titlesta l-integrazzjoni tal-Länder il-ġodda, interess li jirrikjedi l-intervent finanzjarju min-naħa ta’ l-awtoritajiet pubbliċi. Peress li l-prospettivi fit-tul tas-suq fil-prodotti derivati mill-fosfru, b’mod partikolari fil-qasam ta’ l-ikel, huma favorevoli ħafna, CWP tista’ u jixhirqilha li tiġi msaħħa. Sabiex titwettaq ir-ristrutturazzjoni ta’ CWP, hija għandha bżonn biżżejjed fondi proprji u provvista affidabbli ta’ materja prima.

67      Skond il-Gvern Ġermaniż, jekk wieħed jieħu in kunsiderazzjoni, minn naħa, iż-żieda fl-offerta u fid-domanda fil-Länder il-ġodda, u min-naħa l-oħra, iż-żieda fil-kapaċità tal-produtturi Komunitarji, kif ukoll il-komptetizzjoni ma’ produtturi minn pajjiżi terzi, ir-ristrutturazzjoni ta’ CWP m’għandux ikollha effett ħażin fuq l-industrija tal-Komunità. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma rnexxiliex tipprova li hemm xi ness ta’ kawżalità bejn l-għajnuna mogħtija lil CWP u t-telf fis-sehem tas-suq li hija ssostni li bagħtiet. Ness bħal dan għandu jiġi eskluż: b’sehem ta’ 5 % tas-suq Ġermaniż, CWP ma tistax tkun is-sors tat-tnaqqis fil-prezzijiet wara l-1990. Peress li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ma kienx jipprovdi għal żieda fil-kapacità produttiva, la l-imġiba ta’ CWP u l-anqas il-privatizzazzjoni tagħha fl-1994 ma kienu jirrappreżentaw xi riskju għas-swieq ta’ l-aċidu fosforiku u tall-prodotti derivati minnu.

68      Il-Gvern Ġermaniż iżid li huwa bagħat lill-Kummissjoni informazzjoni li kienet turi l-fattibbiltà tal-proġett ta’ ristrutturazzjoni. DLM, kumpannija ta’ konsulenti kienet stmat li l-ispiża għall-investiment neċessarju għal bidla għall-proċedura umda kienet ta’ DEM 6.2 miljun, liema ammont kien ikkonfermat mill-offerti tal-kostrutturi li CWP irċeviet. Sussegwentement, il-profitabilità ta’ l-impjant, li juża l-proċedura umda, kienet ikkonfermata minn DLM f’żewġ rapporti li ntbagħtu, f’forma ta’ estratti, mill-Gvern Ġermaniż lill-Kummissjoni. Barra minn dan, ir-rikorrenti ma tistax tiġi effettwata mill-bidliet li saru fis-sistema ta’ produzzjoni ta’ CWP.

69      Is-suq tal-prodotti kkonċernati ilu għal żmien twil iddominat minn oligopolija magħmula minn seba’ produtturi kbar Ewropej, fosthom ir-rikorrenti. Reċentement ċerti produtturi, fosthom ir-rikorrent, żiedu l-kapaċità produttiva tagħhom billi bnew faċilitajiet ta’ produzzjoni ġodda. Dan il-fenomenu, flimkien mad-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda stabbiliti fl-Ewropa Ċentrali, wassal għal intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni u, xi drabi, għal żvilupp spettakolari tal-prezzijiet.

–       Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

70      

Reference exacte: -- NumDoc=31999Y1009(01) -- p. 2.2 (11) , ! 20 langues ! : {une restructuration doit faire // ... // long terme d'une entreprise }

Sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli ma’ l-Artikolu 93(3)(c) tat-Trattat, għajnuna mogħtija mill-Istat lil impriżi f’diffikultà trid tkun marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni intiż sabiex inaqqas jew ibiddel id-direzzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-278/92 sa C-280/92, Ġabra p. I-4103, punt 67). Għaldaqstant, f’punt 2.1, il-Linji gwida jipprovdu illi “ir-ristrutturazzjoni trid tkun parti minn pjan realistiku, koerenti u b’portata wiesgħa intiż sabiex impriża tikseb lura l-vijabbiltà fit-tul tagħha”.

71      Sabiex ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-għajnuna pprospettata mingħajr ma tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami, il-Kummissjoni għandha neċessarjament tkun f’pożizzjoni li tevalwa, skond il-punt 3.2.2 tal-Linji gwida, jekk il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jistax, fi żmien raġonevoli, jikseb lura l-vijabbiltà fit-tul ta’ l-impriża abażi ta’ ipoteżi realistiċi f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet futuri ta’ l-operat tagħha. Huwa veru li, fir-rigward ta' impriżi żgħar u medji jew impriżi stabbiliti f’reġjuni assistiti, il-possibbiltà ta’ flessibbiltà f’ċerti kriterji hija espressament prevista (punti 3.2.3 u 3.2.4 tal-Linji gwida), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-bżonn ta’ tnaqqis fil-kapaċità produttiva fil-każ ta’ suq karatterizzat minn produzzjoni strutturali żejda. Madankollu, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, din il-possibbiltà, li hija eċċezzjoni, ma tikkuntestax l-eżiġenza ewlenija li tirrigwarda l-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni realistiku u koerenti li jippermetti li l-impriża terġa’ ssir vijabbli.

72      Skond id-Deċiżjoni, il-problemi ta’ CWP f’dak li jirrigwarda l-provvista ta’ fosfru elementari wasslu sabiex is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tmur għall-għar. Għal din ir-raġuni, il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ffinanzjat mill-awtoritajiet Ġermaniżi tikkonsisti fix-xiri ta’ tagħmir ġdid ─ il-“proċessur kimiku” ─ intiż sabiex jippermetti l-bidla irreversibbli ta’ CWP mill-metodu ta’ produzzjoni ta’ aċidu fosforiku, magħruf bħala l-metodu “termiku”, għal dak magħruf bħala l-metodu “umdu”. Skond id-Deċiżjoni, din il-bidla għandha tippermetti lil CWP li, fl-input, ma tibqax dipendenti fuq il-provvista tagħha ta’ fosfru elementari u li, fl-output, twessa’ l-varjetà ta’ prodotti li hija toffri li huma derivati mill-fosfru.

73      Għaldaqstant, skond id-Deċiżjoni, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni huwa bbażat essenzjalment fuq miżuri ta’ natura teknika. Konsegwentement, l-ilmenti dwar id-diffikultajiet imqajma mill-evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ dawn il-miżuri sabiex l-impriża terġa’ ssir vijabbli huma rilevanti għaliex huma ntiżi sabiex juru li l-Kummissjoni ma kellhiex infomazzjoni biżżejjed sabiex tasal għal deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna konċernata mas-suq komuni, mingħajr ma tiftaħ il-proċedura formali għall-eżami ta’ l-għajnuna.

74      Għandu jiġi kkonstatat li d-deskrizzjoni, fid-Deċiżjoni, tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni pprospettati minn CWP mhijiex konformi mat-termini stess tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Meta kienet mistoqsija dwar dan mill-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni hemżet mal-fajl żewġ dokumenti kkompilati mid-diretturi ta’ CWP li, skond il-konvenuta, jikkostitwixxu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ l-impriża.

75      L-ewwel dokument, tad-29 ta’ Mejju 1996 huwa intitolat “Kunċett ġdid fir-rigward tat-tkomplija ta’ l-attivatjiet ta’ CWP, impiża li akkwistat id-diviżjoni “prodotti derivati mill-fosfru” ta’ Stickstoffwerke AG Wittenberg”, jinkludi rapport dwar l-istrateġija ta’ ristrutturazzjoni ta’ CWP. Din għandha, sostanzjalment, żewġ għanijiet: minn naħa, li titwessa’ l-bażi ta’ materji primi u, min-naħa l-oħra, li twessa’ s-setturi ta’ attività ta’ l-impriża (p. 1 tad-dokument tad-29 ta’ Marzu 1996). Għalhekk, f’dan id-dokument, il-produzzjoni ta’ mluħ fosfatiċi tajbin għall-ikel u ż-żieda ta’ impjant ġdid ta’ produzzjoni li jutilizza l-metodu ta’ produzzjoni umdu, huma deskritti bħala l-espressjoni ta’ programm ta’ investiment.

76      Madankollu, dan id-dokument imkien ma jsemmi l-abbandun tal-proċedura ta’ produzzjoni termika. Bil-kontra ta’ dan, huwa jipprevedi li CWP għandha tapprofitta mill-pożizzjoni privileġjata tagħha fis-suq tal-fosfru elementari peress li CWP, flimkien ma Thermphos (L-Olanda), hija l-unika impriża fil-Komunità li għandha impjant għat-trattament tal-fosfru elementari. Il-pjan jipprovdi l-implementazzjoni, fl-istess ħin, ta’ żewġ sistemi ta’ produzzjoni: waħda bbażata fuq il-fosfru elementari u l-metodu termiku u l-oħra bbażata fuq il-fosfru mhux maħdum u l-metodu umdu. Għaldaqstant, il-pjan jinkludi seba’ miżuri intiżi sabiex “jiġu sfruttati l-opportunitajiet offruti mis-swieq permezz ta’ l-użu ta’ l-apparat tekniku eżistenti”. Il-miżuri huma dawn li ġejjin:

“1.      Il-produzzjoni ta’ aċidu fosforiku ta’ kwalità għolja minn fosfru elementari.

2.      Il-produzzjoni ta’ prodotti derivati mill-fosfru, li jisgħu biss ikunu prodotti minn fosfru elementari. Dawn huma prodotti bħal pentossidu tal-fosfru, l-aċidu fosforiku, l-aċidu ipofosforiku u l-ipofosfiti.

3.      Il-produzzjoni ta’ fosfru purifikat għal użi li jinvolvu eżiġenzi mill-perspettiva kimika, u l-kummerċ ta’ fosfru elementari impurtat mill-Kazakastan u miċ-Ċina, b’kompetizzjoni ma’ l-unika produtturi Ewropej.

4.      Il-produzzjoni ta’ fosfati bbażati fuq aċidu fosforiku permezz tal-metodu termiku, skond l-aktar normi stretti ta’ kwalità. Iż-żieda fil-gamma tal-prodotti, bl-introduzzjoni ta’ prodotti b’valur miżjud għoli (prodotti speċjali għall-industrija ta’ l-ikel).

5.      Il-produzzjoni ta’ fosfati ta’ kwalità teknika minn aċidu fosforiku mixtri, fabbrikat permezz tal-proċedura umida.

6.      Il-manifattura ta’ prodotti oħra, indipendentement mill-fosfru u l-aċidu fosforiku, permezz ta’ l-apparat tekniku eżistenti.

7.      It-trattament ta’ l-aċidi reżidwali, użu mill-ġdid ta’ materji primi kimiċi minn reżidwi ta’ produzzjoni billi jiġu użati r-riżorsi disponibbli fl-impriża” (p. 4 tad-dokument tad-29 ta’ Mejju 1996).

77      Mit-tieni dokument, intitolat “Proposta dwar is-sopravivenza fit-tul ta’ CWP flimkien ma’ pjan ta’ investiment u finanzjament”, tas-16 ta’ Ottubru 1996, jirriżulta li l-finanzjaturi ta’ CWP irrifjutaw li jsostnu l-programm ta’ investiment kollu, li kien inizjalment propost in sostnn ta’ dawn il-miżuri. Huwa għalhekk b’dan il-mod li, f’dan it-tieni dokument, CWP iddefiniet l-investimenti prijoritarji u l-mod kif dawn kienu se jkunu finanzjati, mingħajr ma poġġiet in diskussjoni l-istrateġija li kienet ġiet stabbilita preċedentement. Fost dawn l-investimenti, hemm il-modifika ta’ l-impjant eżistenti sabiex dan ikun jista’ jittrasforma l-aċidu fosforiku fi mluħ fosfatiċi. F’dak li jirrigwarda l-akkwist ta’ impjant ta’ produzzjoni li juża l-proċedura umda, id-dokument jgħid li: “Il-kalkuli l-oħra li jirrigwardaw l-impjant ta’ estrazzjoni [proċedura umda] previst ma wasslux għal riżultat pożittiv”. Mit-tieni dokument, tas-16 ta’ Ottubru 1996, jirriżulta li l-abbandun tal-proċedura termika ma kienx previst.

78      Għaldaqstant, hemm kontradizzjoni evidenti bejn il-kontenut ta’ dawn id-dokumenti u d-Deċiżjoni, li tgħid li CWP kellha l-intenzjoni li tabbanduna l-użu tal-fosfru elementari u tal-proċedura termika b’riżultat ta’ l-akkwist ta’ “proċessur kimiku” li kien se jippermettilha, fl-istess ħin, issolvi l-problemi tagħha ta’ provvista u żżid il-gamma ta’ prodotti tagħha. Din il-kontradizzjoni twassal, minn ta’ l-inqas, għall-konklużjoni li, meta adottat id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti li kienet tippermettilha tikkunsidra li l-kwistjoni dwar il-potenzjal tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jerġa’ jagħmel lil CWP vijabbli, ma kinitx tqajjem diffikultajiet serji.

79      Barra minn dan, din il-konklużjoni hija sostnuta minn elementi oħra invokati mir-rikorrenti sabiex issostni l-ilmenti tagħha fil-konfront ta’ l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri tekniċi intiżi sabiex jagħmlu r-ristrutturazzjoni ta’ CWP possibbli. Fil-fatt, fost affarijiet oħrajn, ir-rikorrent ippreżenta perizja, tal-21 ta’ Settembru 1998, magħmul mis-Sinjur Leenaerts, professur fil-Fakultà tax-Xjenzi Applikati ta’ l-Università Kattolika ta’ Louvain. Minn din il-perizja, jirriżulta b’mod ċar li espert fl-industrija ta’ l-aċidu fosforik jqis bidla fis-sistema ta’ produzzjoni, bħal dik deskritta mill-Kummissjoni, bħala manifestament mhux fattibbli.

80      Fil-fatt, il-punt 3.2 ta’ din il-perizja jipprovdi illi: “[I]l-proċedura tal-produzzjoni ta’ l-aċidu fosforiku purifikat, ibbażat fuq il-kombustjoni tal-fosfru, hija fundamentalment differenti minn dik li tuża l-aċidu fosforiku mhux raffinat permezz tal-proċedura umda u timplika estrazzjoni minn likwidu għal-likwidu. Id-differenzi, kemm f’dak li jirrigwarda l-kunċett kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-kostruzzjoni, bejn iż-żewġ tipi ta’ unità ta’ produzzjoni teskludi li s-sempliċi sostituzzjoni ta’ “proċessur kimiku” jippermetti l-bidla minn proċess għall-ieħor. [...]. Evidentement, mhemmx soluzzjoni intermedja jew imħallta bejn fabbrika li tuża l-metodu ta’ produzzjoni termiku u fabbrika li tippurifika l-aċidu fosforiku permezz tas-sistema umida”. Fl-ewwel punt tal-perizja, huwa ddikjarat illi “safejn il-proġett deskritt mill-Kummissjoni f’punt 42 tal-memorandum tagħha, ma jindikax il-preżenza [tal-]fażijiet ta’ pre-trattamnent u ta’ post-trattament, huwa evidenti li l-impjant proġettat mhuwiex adatt sabiex jipproduċi aċidu fosforiku purifikat ta’ kwalità li hija tajba għall-ikel”. F’dak li jirrigwarda l-profitabbiltà ta’ l-impjant, l-awtur tal-perizja jikkonkludi, fit-tieni punt, illi “fil-proġett ta’ CWP, il-kapaċità annwali ta’ 20 000 tunnellata ta’ P2O5 hija evidentement anqas mill-marġini ta’ kompetittività u ta’ profitabbiltà”. Fl-aħħar nett, fil-punt 4 tal-perizja tiegħu, l-espert jeskludi kategorikament il-possibiltà ta’ l-użu ta’ wieħed mill-ifran ta’ CWP għall-kombustjoni ta’ l-iskart ta’ fabbrika li tipproduċi l-aċidu fosforiku permezz tal-proċedura umida. Għandu jiġi osservat li din il-perizja ssostni, b’mod konvinċenti, l-argumenti tar-rikorrent.

81      Il-Kummissjoni essenzjalment tikkonfuta li hija mxiet bid-diliġenza kollha mitluba. F’dan ir-rigward, hija tistaħba wara żewġ dokumenti mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li ppermettewlha tneħħi d-dubbji li seta’ kien għad fadlilha dwar il-proposta ta’ għajnuna. Wieħed minn dawn id-dokumenti jikkonsisti f’konsulenza, tal-21 ta’ Ottubru 1997, magħmula mill-kumpannija ta’ konsulenti maniġerjali Roland Berger. L-estratt ta’ dan id-dokument li kien ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja huwa sempliċi analiżi ta’ l-impriża u rapport dwar il-miżuri għar-ristrutturazzjoni li setgħu jiġu adottati. Għalkemm l-awtur ta’ dan id-dokument jirrakkomanda modifika fil-metodu ta’ produzzjoni u jiddefinixxi, b’mod ġenerali, bdil fl-orjentament ta’ l-attivitajiet ta’ CWP, huwa, madankollu, jillimita ruħu għal abbozz ta’ l-għażliet strateġiċi u la jeżamina l-fattibbiltà teknika u l-anqas l-ispiża involuta għall-miżuri previsti. Minħabba din in-nuqqas ta’ preċiżjoni tad-dokument ikkonċernat, il-Kummissjoni ma tistax issostni li dan wassalha li tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien kapaċi jerġa’ jagħmel lil CWP vijabbli.

82      Barra minn dan, il-Kummissjoni tirreferi għal rapport, magħmul mill-kumpannija DLM li, anki jekk mhuwiex imsemmi fid-Deċiżjoni, jinkludi l-informazzjoni kollha dwar il-fattibbiltà u dwar l-ispejjeż ta’ bidla fis-sistema produttiva. L-estratt minn dan ir-rapport li ġie ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jikkonsisti f’tabella li tagħti sommarju ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ l-aċidu fosforiku permezz tal-proċedura umda. Madankollu, huwa ma jinkludi l-ebda informazzjoni dwar il- fattibbiltà tal-bidla fil-proċess ta’ produzzjoni msemmija fid-Deċiżjoni, b’tali mod li ma jippermettix li jiġu injorati l-indizji ppreżentati mir-rikorrenti fir-rigward tad-diffikultajiet serji mqajma mill-evalwazzjoni fir-rigward ta’ jekk il-pjan ta’ ristrutturazzjoni kienx kapaċi li jerġa’ jagħmel lill-CWP vijabbli.

83      Fl-aħħar nett, matul l-udjenza, il-Kummissjoni sostniet li l-proċessur kimiku msemmi fid-Deċiżjoni ġie pperfezzjonat u li, peress li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu kienu koperti mis-sigriet industrijali, kellha toħroġ privattiva fir-rigward tiegħu favur il-kumpannija Vopelius Chemie. Għaldaqstant, skond il-Kummissjoni, ir-rikorrenti mhijiex f’pożizzjoni li tikkontesta l-kredibbiltà tal-pjan ta’ CWP għaliex hija ma tafx it-teknoloġija li fuqha dan huwa bbażat. Barra minn dan, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-intervenjent jikkunsidraw li r-rikorrenti ma tistax, bl-iskuża ta’ argumenti tekniċi, iġġiegħel lil CWP tikxef sigrieti industrijali.

84      Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-Kummissjoni limitat ruħha li tinvoka, b’mod ġenerali u astratt, in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni li hija utli għad-difiża tagħha, mingħajr madankollu ma sostniet l-allegazzjonijiet tagħha permezz ta’ evidenza konkreta li tista’ tikkontesta l-valur probatorju ta’ l-indizji ppreżentati mir-rikorrenti. Għalkemm huwa minnu li, skond l-Artikolu 214 tat-Trattat (li issa sar l-Artikolu 287 tat-Trattat), il-Kummissjoni hija obbligata li ma tikxifx lil terzi informazzjoni li, minħabba n-natura tagħha, hija koperta mis-sigriet professjonali bħal, b’mod partikolari, informazzjoni li tirrigwarda l-funzjonament intern jew it-teknoloġija ta’ impriża li tkun qed tirċievi għajnuna mingħand l-Istat. Madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tistax tuża, b’mod tant estensiv, il-fatt li hija għandha l-obbligu li tirrispetta s-sigriet professjonali b'tali mod li tneħħi s-sustanza tar-regoli dwar l-oneru tal-prova, għad-detriment tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ikkonċernati. Safejn il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li ssostni li l-informazzjoni dwar it-teknoloġija użata għar-ristrutturazzjoni ta’ CWP, hija ta’ natura kunfidenzjali, hija kellha l-obbligu li tagħti r-raġunijiet għal din il-kunfidenzjalità sabiex il-Qorti tal-Prim’Istanza tkun tista’ twettaq l-istħarriġ tagħha.

85      Fid-dawl ta’ l-elementi msemmija aktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li jeżistu indizji li, fin-nuqqas ta’ informazzjoni koerenti u suffiċjentement dettaljata, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tegħleb, wara l-eżami preliminari tagħha, id-diffikultajiet fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tal-karattru realistiku tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni in kwistjoni.

 Fuq l-indizji ta’ diffikultajiet serji li jistgħu jiġu dedotti mit-tul ta’ żmien u miċ-ċirkustanzi tal-proċedura preliminari

–       L-argumenti tal-partijiet

86      Ir-rikorrenti tqis li, fil-kuntest ta’ l-istħarriġ ta’ l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, il-Qrati Komunitarji jagħtu attenzjoni partikolari għall-perijodu ta’ bejn in-notifika ta’ proposta ta’ għajnuna u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tagħha. Dan il-perijodu ma jistax ikun ta’ aktar minn dak li huwa normalment neċessarju għal eżami preliminari magħmul fil-kuntest ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat (ara s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq). Ir-rikorrenti tfakkar li, skond is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 1973, Lorenz (120/73, Ġabra p. 1471), l-obbligu tas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna proposti, ma jistax, bħala prinċipju, idum għal aktar minn xahrejn, fatt li jobbliga lill-Kummissjoni twettaq il-proċedura preliminari ta’ eżami f’dan it-tul ta’ żmien. Fil-każ preżenti, għaddew tmien xhur bejn in-notifika u d-Deċiżjoni, fatt li juri li l-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna in kwistjoni, ma kinitx, prima facie, manifesta.

87      Barra minn dan, il-konsultazzjonijiet li saru bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ġermaniżi jindikaw li kienu jeżistu xi diffikultajiet li kellhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-proċedura formali. Fil-fatt, kull pass li tieħu l-Kummissjoni li jmur lil hinn minn sempliċi talba għal kjarifiki dwar il-proposta ta’ għajnuna notifikata, jimplika l-ftuħ tal-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat (ara s-sentenza Matra vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punt 38). Fil-każ preżenti, Il-Kummissjoni u l-Gvern Ġermaniż kellhom kuntatti ripetuti. B’mod partikolari l-kuntatti mal-Gvern Ġermaniz, li saru wara l-laqgħa bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni, imorru lil hinn mill-kuntest ta’ sempliċi talba għal kjarifiki. Dawn il-kuntatti kienu, parzjalment, ir-riżultat ta’ beżgħat espressi mill-kompetituri, inkluża r-rikorrenti. Il-bżonn tal-Kummissjoni li tfittex assigurazzjonijiet u garanziji mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi, fil-ġimgħat immedjatament qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, hija prova li l-kompatibbiltà tal-proposta ta’ għajnuna mas-suq komuni ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala, prima facie, manifesta. Il-fatt li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tikkonsulta ripetutament ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, mingħajr ma tinfetaħ il-proċedura taħt l-Artikolu 93(2) tat-Trattat, ikollu l-effett li hija titħalla tieħu vantaġġ minn nuqqas ta’ trasparenza tal-proċedura preliminari sabiex issolvi problemi sinjifikanti li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ diskussjonijiet ma’ terzi.

88      Il-Kummissjoni tenfasizza li huwa evidenti li żmien għar-riflessjoni msemmi fis-sentenza Lorenz, iċċitata aktar ’il fuq, jibda’ jiddekorri minn meta jinġabru l-elementi kollha neċessarji sabiex id-deċiżjoni tiġi adottata. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni ssostni li hija adottat id-deċiżjoni kkontestata ftit ġimgħat wara li rċeviet l-aħħar informazzjoni li kellha bżonn mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi u li, għaldaqstant, l-argumenti tar-rikorrent huma infondati.

89      L-argument tar-rikorrent, li jgħid li l-proċedura taħt l-Artikolu 93(2) tat-Trattat għandha tibda’ awtomatikament fi tmiem il-perijodu ta’ xahrejn msemmi fis-sentenza Lorenz, iċċitata aktar ’il fuq, jonqos milli jieħu in kunsiderazzjoni nuqqasijiet eventwali fin-notifiki, u jwassal sabiex il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jittaqqal bla bżonn u jwassal għal sospensjonijiet inġustifikati tal-miżuri ta’ għajnuna.

90      IL-Kummissjoni tfakkar li d-Deċiżjoni kienet adottata fis-16 ta’ Diċembru 1997, ftit qabel l-vaganzi ta’ l-aħħar tas-sena. Għad-dipartimenti tal-Kummissjoni, il-perijodi tal-vaganzi tas-sajf u tal-vaganzi ta’ l-aħħar tas-sena jistgħu jservu bħala d-dati li fih għandu jintemm ix-xogħol fuq kwistjonijiet pendenti. Għaldaqstant, qabel perijodi ta’ vaganzi, jista’ jkun meħtieġ li t-trattament tal-faxxikoli jiġi mgħaġġel. Ilmenti bbażati fuq it-tul ta’ żmien tal-proċedura preliminari ma jaqgħux fl-isfera legali.

91      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkunsidra li ż-żmien li għadda bejn in-notifika u d-Deċiżjoni ma jistax ikun interpretat bħala indizju ta’ dubbji dwar il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni. Bil-kontra ta’ dan, l-impenji imposti fuq l-impriża benefiċjarja matul il-proċedura preliminari, li hija prattikament dejjem twila, ma jiġġustifikawx il-ftuħ tal-proċedura skond l-Artikolu 93(2) tat-Trattat meta, bħal fil-każ preżenti, il-Kummissjoni setgħat tevalwa ċ-ċirkustanzi u tobsor il-konsegwenzi probabbli ta’ l-għotja ta’ għajnuna lil CWP, u ma kienx jidher li l-interessi leġittimi ta’ terzi setgħu jiġu effettwati.

–       Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

92      Għandu jiġi stabbilit jekk, fil-każ preżenti, il-proċedura segwita mill-Kummissjoni eċċedietx kunsiderevolment iż-żmien li normalment jirrikjedi eżami preliminari magħmul abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 93(3) ta-Trattat.

93      L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda t-tul ta’ żmien li għadda bejn in-notifika tal-proposta ta’ għajnuna u l-adozzjoni tad-deċiżjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza fakkret fil-punt 102 tas-sentenza ta’ l-10 ta’ Mejju 2000, SIC vs Il-Kummissjoni, T-46/97 (Ġabra p. II-2125), li l-iskadenza ta’ żmien li jeċċedi notevolment iż-żmien li jieħu normalment l-ewwel eżami magħmul fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat tista’, flimkien ma’ elementi oħra, twassal sabiex jiġi rrikonoxxut li l-Kummissjoni ltaqgħat ma’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni li jeżiġu li tiġi miftuħa l-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat (ara s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq, punti 15 u 17).

94      Sabiex jiġi evalwat jekk tali tul ta’ żmien jikkostitwixxix indizju ta’ diffikultajiet serji, għandha ssir referenza għar-regoli interni li l-Kummissjoni stabbilixxiet.

95      F’ittra tat-2 ta’ Ottubru 1981 indirizzata lill-Istat Membri (“Regoli applikabbli għall-għajnuna mogħtija mill-Istat – Sitwazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 1998”, Competition Law of the European Communities, Volum II A, p. 89) il-Kummissjoni speċifikat il-kundizzjonijiet tat-tul ta’ żmien fejn hija għandha teżamina proposti ta’ għajnuna li jiġu notifikati mill-Istat Membri skond l-Artikolu 93(3) tat-Trattat. Fil-punt 2 ta’ din l-ittra, hija tiddikjara li, “sabiex tagħmel eżami preliminari ta’ pjan li jiġi nnotifikat, il-Kummissjoni għandha tlesti l-investigazzjoni tagħha u tagħmel l-evalwazzjoni tal-każ fil-perijodu ta’ xahrejn stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej”. Barra minn dan, f’punt 3(b) ta’ l-ittra, hija ssostni li: “In-notifika mhijiex kompluta jekk ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha li hija neċessarja sabiex id-dipartiment tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jifformulaw opinjoni preliminari dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mat-Trattat u, fi ħmistax-il ġurnata tax-xogħol minn notifika, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni supplementari. Għaldaqstant, it-termini jibdew jiddekorru biss mid-data meta din l-informazzjoni addizzjonali tasal għand il-Kummissjoni. Għandha tintbagħat rċevuta li tgħarraf bil-wasla ta’ din l-informazzjoni u li turi d-data li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni”.

96      Il-Kummissjoni u l-Gvern Ġermaniż ammettew li n-notifika tal-proġett ta’ għajnuna għal CWP, mibgħuta lill-Kummissjoni fil-forma kompleta tagħha fil-15 ta’April 1997, kienet is-suġġett ta’ trażmissjoni preċedenti permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Marzu 1997, iżda ma kinux f’pożizzjoni li jagħtu d-data preċiża tan-notifika.

97      Bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti tal-Prim’Istanza talbet lill-Kummissjoni sabiex tissottometti l-irċevuta li tindika d-data rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul ta’ żmien ta’ l-eżami preliminari, imsemmi fl-ittra li ntbagħtet lill-Istat Membri fit-2 ta’ Ottubru 1981. Bħala risposta, il-Kummissjoni ssottomettiet tliet ittri, ta’ l-14 ta’ Mejju, tat-22 ta’ Lulju u ta’ l-4 ta’ Novembru 1997. L-ewwel waħda biss minn dawn l-ittri tinkludi rċevuta li tgħarraf bil-wasla ta’ informazzjoni. Indipendentement mid-data ta’ meta l-Kummissjoni kienet mgħarrfa, għall-ewwel darba, bil-proġett ta’ għajnuna għal CWP, għaddew seba’ xhur bejn l-imsemmija rċevuta ta’ l-14 ta’ Mejju 1997 u d-Deċiżjoni. Dan id-dewmien huwa manifestament aktar miż-żmien li l-Kummissjoni, bħala prinċipju, hija marbuta li tosserva sabiex tikkonkludi l-eżami preliminari tagħha.

98      It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ l-eżami preliminari, għandu jiġi enfasizzat li, skond l-għan ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat u l-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba li l-Kummissjoni għandha, hija tista’, fil-kuntest tal-proċedura preliminari, jkollha bżonn titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-Istat li għamel in-notifika (ara, per eżempju, is-sentenza ċċitata aktar ’il fuq, Matra vs Kummisssjoni, punt 38). Għalkemm kuntatti bħal dawn mhumiex prova ta’ l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, assoċjati mat-tul ta’ żmien li jieħu eżami preliminari, huma jistgħu jikkostitwixxu indizji ta’ tali diffikultajiet.

RefVide: outil=AideCitation numdoc=62005J0135 lg=fr type=pointm point=32 id=1 Comment: ! 20 langues ! : {devoir de coop�ration loyale }

99      Skond l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, previst, b’mod partikolari, fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE (li issa sar l-Artikolu 10 KE), l-Istat li jinnotifika u l-Kummissjoni għandhom jikkollaboraw in bona fide sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tegħleb id-diffikultajiet li tista’ tiltaqa’ magħhom waqt l-eżami ta’ proġett ta’ għajnuna, notifikat fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja tat-23 ta’ Frar 1995, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-349/93, Ġabra p. I- 343, punt 13). Għaldaqstant, l-Istat Membru li jippjana li jagħti għajnuna lil impriża li hija f’diffikultà, huwa marbut li jibgħat lill-Kummissjoni l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ din l-impriża u li jwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ informazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni, meta din ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-fatti kollha sabiex tadotta deċiżjoni.

100    L-Istat Membru, li jinnotifika b’mod inkomplet proġett ta’ għajnuna lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 93(3) tat-Trattat, u li wara juri riluttanza li jagħti l-informazzjoni utli lill-Kummissjoni minkejja d-domandi ripetuti tagħha, huwa responabbli għat-titwil tal-proċedura ta’ eżami. Dan it-titwil, minn natura tiegħu, jista’ jikkostitwixxi evidenza ta’ diffikultajiet serji, mingħajr ma’ l-Kummissjoni ma tkun intitolata li tibbaża ruħha fuq il-fatt li hu l-Istat Membru nnifsu li huwa responsabbli għal din is-sitwazzjoni. Fil-fatt, li kieku kellu jiġi deċiż li l-Kummissjoni tista’ tagħmel dan, dan ikun ifisser li terzi kkonċernati jiġu mċaħħda mill-garanziji proċedurali mogħtija lilhom mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat, bir-riżultat li, minn naħa, l-Kummissjoni tkun tista’ tibbaża ruħha fuq l-imġiba jew in-negliġenza ta’ l-Istat li jinnotifika ħalli ġġib fix-xejn l-iskop ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat, li jimponilha li tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami, u min-naħa l-oħra, l-Istat Membru jkun jista’ jiskansa mill-obbligu tiegħu ta’ kooperazzjoni leali.

101    Fil-każ preżenti, fl-ittra tagħha ta’ l-14 ta’ Mejju 1997, fejn iddikjarat li rċeviet in-notifika tal-proġett ta’ għotja ta’ għajnuna lil CWP, il-Kummissjoni qieset li ma kellhiex l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ dan il-proġett mas-suq komuni. Hija talbet lill-Gvern Ġermaniż sabiex jipprovdilha informazzjoni addizzjonali dwar il-fattibbiltà u l-finanzjament tal-bidla fil-metodu ta’ produzzjoni ppjanata minn CWP, kif ukoll fuq l-analiżi tas-suq, il-prospettivi li CWP terġa’ ssir vijabbli u l-iżvulupp tal-kapaċità produttiva ta’ l-impriża.

102    Minkejja t-tweġibiet mogħtija mill-Gvern Ġermaniż f’ittra ta’ l-10 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni ma ħassitx li kienet f'pożizzjoni li tadotta deċiżjoni għaliex ma kellhiex l-informazzjoni kollha neċessarja. Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Lulju 1997, hija għalhekk għamlet, għat-tieni darba, mistoqsijiet oħra lill-Gvern Ġermaniż, b’mod partikolari fuq il-prospettivi ta’ sopravvivenza fit-tul ta’ CWP u dwar il-proporzjonalità ta’ l-għajnuna proposta. Barra minn dan, permezz ta’ faks tat-30 ta’ Lulju 1997, il-Kummisjoni bagħtet talba mhux uffiċjali lil BvS għal informazzjoni addizzjonali, li l-kontenut tagħha kien essenzjalment l-istess bħal dak ta’ l-ittra ta’ l-14 ta’ Mejju 1997. Minn dawn id-dokumenti għandu jiġi dedott li fit-30 ta’ Lulju 1997, il-Gvern Ġermaniż kien għadu ma bagħatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni li talbitu fl-ittra ta’ l-14 ta’ Mejju 1997.

103    Il-Gvern Ġermaniż wieġeb għat-tieni talba għal informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Settembru 1997. Il-Kummissjoni ressqet fil-fajl kopji ta’ dik l-ittra u ta’ wħud mill-annessi tagħha, li kienet irċeviet l-istess jum permezz ta’ faks. Dawn id-dokumenti huma l-istess bħal dawk li kienu mehmuża ma’ l-ittra ta’ l-10 ta’ Lulju 1997, li biha l-Gvern Ġermaniż kien wieġeb għall-ewwel talba għal informazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ elementi li jikkonfutaw dan min-naħa tal-Kummissjoni, għandu jiġi dedott li l-Gvern Ġermaniż ma pprovdiex l-informazzjoni addizzjonali mitluba u li, għaldaqstant, anki wara li rċeviet l-ittra tat-2 ta’ Settembru 1997, il-Kummisjoni xorta kien għad ma kellhiex tweġibiet sodifaċenti għall-mistoqsijiet li għamlet fl-ittra ta’ l-14 ta’ Mejju 1997 dwar il-fattibbiltà tal-bidla fil-metodu ta’ produzzjoni, l-analiżi tas-suq, il-ksib lura tal-vijabbiltà u l-iżvilupp tal-kapaċità produttiva ta’ CWP, kif ukoll il-proporzjonalità ta’ l-għajnuna kkonċernata.

104    Barra minn dan, matul il-proċedura, żewġ impriżi kompetituri ta’ CWP għamlu kuntatt mal-Kummissjoni, mingħajr, madankollu, ma ppreżentaw ilment formali. Fis-17 ta’ Ġunju 1997, Budenheim, impriża Ġermaniża, informat lill-Kummissjoni bil-beżgħat li kellha dwar il-possibbiltà ta’ l-għotja ta’ għajnuna lill-kompetitriċi tagħha CWP. Fl-24 ta’ Lulju 1997, ir-rikorrenti ħadet pass simili. Fl-4 ta’ Novembru 1997, abbażi ta’ informazzjoni miġbura fit-30 ta’ Settembru u fit-8 ta’ Ottubru 1997 matul diskussjonijiet separati ma’ dawn l-impriżi, il-Kummissjoni għamlet it-tielet talba ta’ informazzjoni lill-Gvern Ġermaniż. Għalhekk, aktar minn xahrejn wara li rċeviet it-tweġiba tal-Gvern Ġermaniż għat-tieni talba tagħha għal informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni informat lil dan il-Gvern li l-eżami tagħha ta’ dan il-proġett ta’ għajnuna kien “qajjem mistoqsijiet oħra”, li kien indispensabbli li jingħataw tweġiba. Il-Kummissjoni għamlet numru ta’ mistoqsijiet dwar il-fattibbiltà u l-profitabbiltà tal-bidla fil-metodi ta’ produzzjoni u talbet għal aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, dwar il-problemi ta’ provvista kif ukoll l-għotja evenwali ta’ għajnuna oħra lil CWP.

105    Wara din it-tielet talba uffiċjali għal informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Gvern Ġermaniż iltaqgħu fl-24 ta’ Novembru 1997. Matul il-proċedura orali, kien stabbilit li kien biss matul din il-laqgħa li l-Kummissjoni setgħet issir taf dwar żewġ dokumenti ppreparati mid-diretturi ta’ CWP, tas-26 ta’ Mejju u tas-16 ta’ Ottubru 1996 li, skond il-konvenuta, jikkostitwixxu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ CWP (ara l-punti 74 sa 77 aktar ’il fuq). Barra minn dan, matul din il-laqgħa, il-Gvern Ġermaniż ippreżenta lill-Kummissjoni r-rapport magħmul mill-konsultenti maniġerjali Roland Berger, tal-21 ta’ Ottubru 1997.

106    Fl-aħħar nett, mit-tweġibiet bil-miktub tal-konvenuta għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza, jirriżulta li, fuq talba tal-Kummissjoni, fil-11 ta’ Diċembru 1997 BvS bagħtitilha ittra ta’ CWP, fejn din iddikjarat li l-kapaċità annwali tagħha ta’ produzzjoni ta’ aċidu fosforiku ma kinitx se tiżdied meta r-ristrutturazzjoni tintemm, iżda li kienet se tibqa’ ta’ 40 000 tunnellata ta’ P2O5.

107    Minn din il-kronoloġija jirriżulta li, b’effett minn notifika tiegħu, l-evalwazzjoni tal-proposta ta’ għajnuna lil CWP qajjmet diffikultajiet. Matul it-tmien xhur ta’ bejn in-notifika u d-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għamlet tliet talbiet uffiċjali separati għal informazzjoni lill-Gvern Ġermaniż u li żewġ kompetituri għarrfuha bil-beżgħat tagħhom. Il-Gvern Ġermaniż naqas milli jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni utli għall-eżami tagħha minkejja r-rikjesti ripetuti li din għamlitlu. B’mod partikolari, kien biss seba’ xhur wara li l-proposta ta’ għajnuna kienet notfikata li l-Gvern Ġermaniż bagħat lill-Kummissjoni l-pjan għar-ristrutturazzjoni li kellhu jiġi ffinanzjat minn din l-għajnuna. Għaldaqstant, il-Kummissjoni injorat it-termini li hija stess iffissat għall-eżami ta’ proposti ta’ għajnuna li jiġu notifikati lilha. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Ġermaniż wieġeb il-Kummissjoni barra miż-żmien li l-Kummissjoni kienet imponietlu. Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, għandu jiġi deċiż li, fil-każ preżenti, il-proċedura mmexxija mill-Kummissjoni eċċediet kunsiderevolment iż-żmien li normalment jirrikjedi eżami preliminari magħmul abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 93(3) ta-Trattat u li, għaldaqstant, din iċ-ċirkustanza tikkostitwixxi indizju probanti dwar l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji.

108    Għaldaqstant, mill-indizji oġġettivi u konsistenti jirriżulta li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-proposta ta’ għajnuna għal CWP abbażi ta’ għarfien insuffiċjenti tal-fatti. Minkejja li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna kkonċernata mas-suq komuni kienet tqajjem diffikultajiet serji, il-Kummissjoni naqset milli tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 93(2) tat-Trattat u milli tiġbor aktar informazzjoni permezz ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni fuq il-motivi, l-ilmenti u l-argumenti l-oħra tar-rikorrent.

 Fuq l-ispejjeż

109    

Celex Arrêt T-264/04 point motif 89 ! 20 langues !

Skond l-Artiklu 87(2) tar-Regolament ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.

110    Peress li f’din il-kawża l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk li jirrigwardaw il-proċedura għal miżuri provviżorji, skond kif mitlub mir-rikorrenti.

111    

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għaldaqstant, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Celex Arrêt T-264/04 point motif 90 ! 20 langues !

Għal dawn ir-raġunijiet,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla Estiża)

taqta’ u tiddeċiedi

1)      

Reference exacte: LI objet : {La d�cision de la // ... // Chemische Werke Piesteritz GmbH }

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuna mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Chemische Werke Piesteritz GmbH, hija annullata;

2)      Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tar-rikorrent fil-kawża prinċipali u fil-proċedura għal miżuri provviżorji;

3)      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

García-Valdecasas

Lindh

Cooke

Vilaras

 

      Forwood

Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-15 ta’ Marzu 2001.

H. Jung

 

      P. Lindh

Reġistratur

 

      President


* Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż.