Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 – Capella vs UASI – Oribay Mirror Buttons (ORIBAY)

(Kawża T-307/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Capella EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Holtorf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oribay Mirror Buttons, SL (San Sebastián, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 164/2012-4;

tiddikjara revokata r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 003611282 “ORIBAY ORIginal Buttons for Automotive Yndustry” għal prodotti u servizzi

Klassi 12: vetturi u aċċessorji tal-vetturi, li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra, bl-eċċezzjoni ta’ komponenti għat-twieqi u għall-windskrins; u

Klassi 37: tiswijiet; tiswija u manutenzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “ORIBAY ORIginal Buttons for Automotive Yndustry” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 37 u 40 – Trade mark Komunitarja Nru 3 611 282

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Oribay Mirror Buttons, SL

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u talba għal revoka miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, ksur tal-Artikolu 56 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 37(A)(iii) tar-Regolament Nru 2868/95, kif ukoll ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009