Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Asempre vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-513/20) 1

(Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Servizz postali – Kumpens għal servizz postali universali – Assoċjazzjoni professjonali – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia (Asempre) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Igartua Arregui, M. Troncoso Ferrer u J. Silva Cabaleiro, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Sociedad Estatal Correos y Telégrafos SA (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u A. Pérez Hernández, avukati), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3108 final tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50872 (2020/NN) – Spanja – Kumpens lil Correos abbażi tal-obbligu ta’ servizz universali, 2011-2020.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia (Asempre) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, SA.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 320, 28.9.2020.