Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 taʼ Marzu 2013 - Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Mellat (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla, Solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1263/2012 2; u/jew

tannulla l-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1263/2012 sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tiddikjara l-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK  inapplikabbli għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-embargo finanzjarju ma huwiex "miżura meħtieġa" u għaldaqstant ma għandux bażi legali skont l-Artikolu 215 TFEU peress li ma huwiex marbut b'mod razzjonali mal-għan rilevanti tal-politika barranija.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-embargo finanzjarju huwa fi kwalunkwe każ sproporzjonat mal-għan tal-politika barranija allegatament imfittex u għaldaqstant ma għandu l-ebda bażi legali skont l-Artikolu 215 TFEU.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-embargo finanzjarju jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari, l-Artikolu 215(3) TFEU, imur kontra l-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' ċertezza legali, nuqqas ta' arbitrarjetà u kontra r-rekwiżit li s-sanzjonijiet ikollhom il-garanziji ġuridiċi neċessarji.

Ir-raba' motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-embargo finanzjarju jikser id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għall-kummerċ u d-dritt għall-moviment liberu tal-kapital tar-rikorrenti u l-prinċipju ta' proporzjonalità.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta' Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 34)

2 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58)