Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Frar 2022 – RL vs Landeshauptstadt Wiesbaden

(Kawża C-61/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RL

Konvenut: Landeshauptstadt Wiesbaden

Domanda preliminari

L-obbligu dwar l-integrazzjoni u l-ħżin ta’ marki tas-swaba’ fil-karti tal-identità skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu 1 , jikser id-dritt tal-Unjoni superjuri, b’mod partikolari:

kontra l-Artikolu 77(3) TFUE,

kontra l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

kontra l-Artikolu 35(10) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data1 ,

u għalhekk abbażi ta’ wieħed minn dawn il-motivi huwa invalidu?

____________

1     ĠU 2019, L 188, p. 67.

1     ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.