Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Frar 2013 - Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travetanche Injection SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12), sa fejn huwa kkonċernat l-Anness XVII (akrillamid).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

____________