Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Häfele vs UASI (Infront)

(Kawża T-166/11) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Infront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Jannar 2011 (Każ R 1711/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali "Infront" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 145, 14.05.2011.