Language of document : ECLI:EU:T:2014:1105





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2014 —
AQ vs Il‑Parlament


(Kawża T‑168/11)

“Rikors għad-danni — Kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu — Talba ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Sempliċi riferiment għall-Annessi — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġerenali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 12-15)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu li permezz tagħha talab li tinfetaħ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AQ huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Parlament Ewropew.

3)

L-ammont tal-għajnuna legali li għandu jitħallas mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali huwa stabbilit għal EUR 1 653.36.