Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10 u Kawża T-438/12) 1

(“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-429/10 u T-578/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, u, fil-Kawża T-438/12, inizjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-438/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.DispożittivFil-Kawża T-429/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101  TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.Fil-Kawża T-578/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.Global Steel Wire, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

C (2010) 438

7 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101  TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-429/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-578/10.