Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-181/10) 1

[“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Interess pubbliku superjuri – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Aċċess parzjali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn B. O’Connor, solicitor, L. Toffoletti, E. De Giorgi u D. Gullo, avukati, sussegwentement minn B. O’Connor, L. Toffoletti u E. De Giorgi)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u J. Bourke, sussegwentement minn P. Costa de Oliveira u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lil Reagens SpA l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-talbiet tal-impriżi u għall-ewwel kwestjonarju tal-Kummissjoni Ewropea.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Reagens SpA hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni.4)    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Reagens.