Language of document : ECLI:EU:T:2015:498

Kawża T‑398/10

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015

1.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Deċiżjoni li tħalli dubju f’għajnejn il-qorti — Osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

2.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument — Kriterji — Dokument redatt b’konnessjoni immedjata mal-fatti jew minn xhud dirett ta’ dawn il-fatti — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi ta’ min jagħmilhom — Valur probatorju għoli

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami — Neċessità li jiġu speċifikati l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha — Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

4.      Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji — Għan wieħed u pjan globali — Assenza ta’ għarfien tal-aspetti kollha tal-akkordju — Konsegwenzi

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

5.      Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Tbegħid pubbliku — Evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

6.      Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Parteċipazzjoni allegatament forzata — Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

7.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett — Argumenti marbuta mill-qrib ma’ motiv imqajjem fir-rikors promotur — Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(2))

8.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Iffissar tal-ammont bażiku — Gravità tal-ksur — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 19 sa 23)

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Iffissar tal-ammont bażiku — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-valur tal-bejgħ imwettaq b’konnessjoni diretta jew indiretta mal-ksur fis-settur ġeografiku kkonċernat — Dħul mill-bejgħ tal-impriża — Assenza ta’ effett

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Iffissar tal-ammont bażiku — Gravità tal-ksur — Determinazzjoni ta’ rati ta’ gravità fi skali differenti fid-dawl ta’ diversi kategoriji ta’ impriżi li wettqu ksur uniku — Differenza limitata bejn ir-rati applikati għall-impriżi li wettqu l-ksur — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Effett — Sottomissjoni għal-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi — Esklużjoni — Ċirkustanzi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 261 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(3), u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 86-89, 91-93, 124)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 88, 90)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 94, 213)

4.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-akkordji jistgħu jitqiesu bħala elementi li jikkostitwixxu ftehim antikompetittiv uniku fil-każ biss li jiġi stabbilit li jagħmlu parti minn pjan globali li jsegwi għan komuni. Barra minn hekk, huwa biss meta l-impriża, meta tkun ipparteċipat f’dawn l-akkordji, kienet taf jew kien imissha kienet taf li, b’din il-parteċipazzjoni, hija kienet qiegħda tagħmel parti mill-ftehim uniku, li l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordji kkonċernati tista’ tikkostitwixxi l-espressjoni tal-adeżjoni tagħha għal dan il-ftehim.

Għall-kuntrarju, jekk impriża tkun ipparteċipat direttament f’element wieħed jew iktar tal-aġir antikompetittiv li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu, iżda ma jkunx ġie stabbilit li, permezz tal-aġir tagħha, din l-impriża kellha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni kollha segwiti mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju u li kellha għarfien tal-aġir l-ieħor kollu li jikkostitwixxi ksur ippjanat jew implementat mill-imsemmija parteċipanti sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet jew li hija setgħet raġonevolment tipprevedi dan l-aġir u kienet lesta taċċetta r-riskju marbut miegħu, il-Kummissjoni tista’ timputalha r-responsabbiltà biss fir-rigward tal-aġir li fih kienet ipparteċipat direttament u fir-rigward tal-aġir ippjanat jew implementat mill-parteċipanti l-oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet bħal dawk li hija kienet qiegħda ssegwi u li fir-rigward tiegħu jiġi pprovat li kellha għarfien jew setgħet raġonevolment tipprevedih u kienet lesta taċċetta r-riskju marbut miegħu. Madankollu, dan ma jistax iwassal sabiex din l-impriża tiġi eżonerata mir-responsabbiltà tagħha għall-aġir li fir-rigward tiegħu jkun stabbilit li kienet ħadet sehem fih jew li fir-rigward tiegħu hija effettivament tista’ tinżamm responsabbli. Fil-fatt, il-fatt li impriża ma tkunx ipparteċipat fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom ipparteċipat ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur min-naħa tagħha, peress li dawn l-elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa.

Madankollu, ma huwiex possibbli li deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika akkordju globali bħala ksur uniku u kontinwu tiġi separata b’dan il-mod ħlief meta, minn naħa, l-imsemmija impriża tkun ingħatat l-opportunità, matul il-proċedura amministrattiva, li tifhem li kienet qiegħda tiġi akkużata b’kull wieħed mill-elementi ta’ aġir li jikkostitwixxu l-ksur, u għalhekk li tiddefendi ruħha dwar dan il-punt, u meta, min-naħa l-oħra, l-imsemmija deċiżjoni tkun suffiċjentement ċara f’dan ir-rigward. Minn dan isegwi li, meta l-kundizzjonijiet indikati iktar ’il fuq ikunu ssodisfatti, jekk il-qorti tal-Unjoni tikkonstata li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx b’mod suffiċjenti fid-dritt li impriża, fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħha f’wieħed mill-elementi ta’ aġir antikompetittiv li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu, kellha għarfien tal-aġir antikompetittiv l-ieħor adottat mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet jew setgħet raġonevolment tipprevedi dan l-aġir u kienet lesta li taċċetta r-riskju marbut miegħu, l-unika konsegwenza li għandha tislet minn dan hija li din l-impriża ma tistax tinżamm responsabbli għal dan l-aġir l-ieħor u, għaldaqstant, għall-ksur uniku u kontinwu fl-intier tiegħu u li d-deċiżjoni kkontestata għandha titqies bħala infondata f’dan ir-rigward biss.

(ara l-punti 133, 135-138)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 146, 209, 282)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 206)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 220, 221)

8.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jkunu ta’ natura li jidħlu fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, bħalma huma, b’mod partikolari, ir-rwol li kellha kull waħda mill-partijiet fil-ksur u r-riskju li ksur ta’ dan it-tip jirrappreżenta għall-għanijiet tal-Unjoni. Meta ksur ikun twettaq minn diversi impriżi, għandha tiġi eżaminata l-gravità relattiva tal-parteċipazzjoni ta’ kull waħda minnhom.

F’dan ir-rigward, il-fatt li impriża ma tkunx ipparteċipat fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom ipparteċipat għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, meta tiġi ddeterminata l-multa.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multi imposti fuq l-impriżi li jkunu pparteċipaw f’akkordju, trattament iddifferenzjat bejn l-impriżi kkonċernati huwa inerenti għall-eżerċizzju tas-setgħat li għandha l-Kummissjoni f’dan il-qasam. Fil-fatt, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, il-Kummissjoni hija meħtieġa tindividwalizza s-sanzjoni skont l-aġir u l-karatteristiċi partikolari ta’ dawn l-impriżi, sabiex tiġi żgurata, f’kull każ ineżami, l-effikaċja sħiħa tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. Fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-multi, il-gravità tal-ksur għandha tiġi stabbilita skont diversi elementi u ebda wieħed minn dawn l-elementi ma għandu jingħata importanza sproporzjonata meta mqabbel mal-elementi l-oħra tal-evalwazzjoni. F’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jimplika li l-Kummissjoni għandha tiffissa l-multa b’mod proporzjonali għall-elementi meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u li f’dan ir-rigward hija għandha tapplika dawn l-elementi b’mod koerenti u oġġettivament ġustifikat.

(ara l-punti 254-257)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 267)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 291, 294, 296-300)

11.    Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija, skont l-Artikolu 261 TFUE, lill-qorti tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 tawtorizza lil din tal-aħħar, lil hinn minn sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li jippermetti biss li jiġi miċħud ir-rikors għal annullament jew li jiġi annullat l-att ikkontestat, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tagħha u, b’hekk, tibdel l-att ikkontestat, anki jekk ma tannullahx, fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali kollha, billi tibdel b’mod partikolari l-multa imposta meta l-kwistjoni tal-ammont tagħha tkun suġġetta għall-evalwazzjoni tagħha.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, minbarra l-gravità tal-ksur, it-tul tiegħu. B’hekk, għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, kien hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul tal-ksur u l-elementi kollha ta’ natura li jidħlu fl-evalwazzjoni tal-gravità tiegħu, bħalma huma l-aġir ta’ kull waħda mill-impriżi, ir-rwol ta’ kull waħda minnhom fl-istabbiliment tal-prattiki miftiehma, il-vantaġġ li dawn setgħu kisbu minn dawn il-prattiki, id-daqs tagħhom u l-valur tal-merkanzija kkonċernata kif ukoll ir-riskju li ksur ta’ dan it-tip jirrappreżenta għall-Unjoni. F’dan ir-rigward, elementi oġġettivi bħalma huma l-kontenut u t-tul tal-aġir antikompetittiv, in-numru u l-intensità ta’ dan l-aġir, il-portata tas-suq milqut u d-deterjorament imġarrab mill-ordni pubbliku ekonomiku għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. L-analiżi għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-importanza relattiva u s-sehem tas-suq tal-impriżi responsabbli kif ukoll eventwali ksur preċedenti.

Barra minn hekk, min-natura tiegħu, l-iffissar ta’ multa mill-qrati tal-Unjoni ma huwiex eżerċizzju aritmetiku preċiż. Barra minn hekk, il-qorti tal-Unjoni ma hijiex marbuta mill-kalkoli tal-Kummissjoni u lanqas mil-Linji gwida tagħha meta tiddeċiedi bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, iżda għandha twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ineżami.

(ara l-punti 420-425)