Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – MK vs WB
(Kawża C-461/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MK
Konvenut: WB
Domanda preliminari
Il-kuratur innominat legalment li jeżerċita din l-attività professjonalment, huwa kontrollur, fis-sens tal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 1 (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”)?
Huwa għandu jagħti informazzjoni konformement mal-Artikolu 15 tar-RĠPD?
____________
1 ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.