Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2013 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-294/11) 

("FAEGG -Taqsima 'Garanzija' - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Żejt taż-żebbuġa - Prodotti tar-raba' li jinħarat - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Żieda fir-rata ta' korrezzjoni fil-forma ta' somma f'daqqa minħabba fir-rikorrenza tan-nuqqas - Effett tar-riforma tal-PAK fuq il-korrezzjoni finanzjarja - Proporzjonalità - Natura tal-ispejjeż intiżi għall-istabbiliment tal-GIS għall-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta' April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.