Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2012 - Rani Refreshment vs UASI - Global-Invest Bartosz Turek (Sani)

(Kawża T-532/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rani Refreshments FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Chapple, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global-Invest Bartosz Turek (Poczesna, il-Polonja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 236/2012-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti b'konnessjoni mar-rikors tagħha u d-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Sani" bil-kuluri aħdar, aħdar lewn iż-żafżafa u abjad għal, fost oħrajn, prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9087479

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2587244 tat-trade mark figurattiva bil-kuluri aħdar, abjad, iswed u ikħal "Rani", għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 4005211 tat-trade mark figurattiva bil-kuluri ikħal u abjad "Rani", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2587293 tat-trade mark figurattiva bil-kuluri ikħal u abjad "RANI FLOAT", għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2587269 tat-trade mark figurattiva bil-kuluri oranġjo, isfar, iswed, abjad, aħmar, roża, ikħal u aħdar "Rani" għal prodotti fil-klassijiet 16, 21 u 32; reġistrazzjoni ta' trade mark fir-Renju Unit Nru 1239206 tat-trade mark figurattiva "rani", għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________