Language of document : ECLI:EU:T:2013:604





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Recaro vs UASI — Certino Mode (RECARO)

(Kawża T‑524/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali RECARO — Użu ġenwin mit-trade mark — It-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Natura tal-użu mit-trade mark — Ammissibbiltà ta’ provi ġodda — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(2) u 40(5)) (ara l-punti 18-21, 24, 25, 31, 41)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għad-dekorrenza — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Trade mark verbali RECARO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 25-28, 38, 42-45, 48-50, 53-55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 50(1)) (ara l-punti 59-65)

4.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1761/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Certino Mode, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċhud.

2)

Recaro Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.