Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf - il-Ġermanja) – Deutsche Parkinson Vereinigung eV vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
(C-184/15) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika – Bejgħ mill-ispiżeriji – Iffissar ta’ prezzijiet uniformi – Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni – Miżura li għandha effett ekwivalenti – Ġustifikazzjoni – Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Parkinson Vereinigung eV
Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu u għaldaqstant li din il-leġiżlazzjoni taffettwa l-iktar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika minn spiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali minn spiżeriji stabbiliti fit-territorju nazzjonali.
L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, ma tistax tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.
____________1 ĠU C 213, 29.06.2015.