Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 - MIP Metro vs UASI -CBT Comunicación Multimedia (Metromeet)

(Kawża T-407/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBT Comunicación Multimedia, SL (Getxo, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Ġunju 2008, fil-Każ R 387/2007-1, peress li hija tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 40/94 u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 37 405 29 "metromeet";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti għall-oppożizzjoni u l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: CBT Comunicación Multimedia, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "metromeet" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 41 - Applikazzjoni Nru 3 740 529

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali "METRO" u t-trade mark verbali "meeting metro" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, billi hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.

____________