Language of document : ECLI:EU:T:2009:129





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2009 – S.F. Turistico Immobiliare vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-408/08)

“Rikors għal annullament – Att ikkontestat mhux imputabbli lill-Kunsill –Inammissibbiltà parzjali”

Rikors għal annullament – Rikors kontra deċiżjoni li tapplika l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal finijiet reġjonali – Att imputabbli esklużivament lill-Kummissjoni – Rikors kontra l-Kunsill u l-Kummissjoni – Inammissibbiltà parzjali (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 9-13)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna “Liġi reġjonali Nru 9 tal-1998 – applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98” (ĠU L 302, p 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2)

S.F. Turistico Immobiliare Srl għandha tbati l-ispejjeż tal-Kunsill, kif ukoll l-ispejjeż tagħha marbutin mal-proċeduri dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.