Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 - GEMA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-410/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bechtold u I. Brinker, avukati, assistiti mill-Professur J. Schwarze)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, O. Weber u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 - CISAC), sa fejn hija kkonċernata r-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________