Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2010 - MIP Metro vs UASI - CBT Comunicación Multimedia (Metromeet)

(Kawża T-407/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Metromeet - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti meeting metro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: CBT Comunicación Multimedia, SL (Gexto, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Ġunju 2008 (Każ R 387/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta' Ġunju 2008 (Każ R 387/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL, hija annullata.

2)    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008