Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2010 - Seikoh Giken vs UASI - Seiko (SG SEIKOH GIKEN)

(Kawża T-519/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Seikoh Giken (Matsudo-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seiko Kabushiki Kaisha (Chuo-ku, Il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 1553/2009-1;

tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni ta' trade mark għal prodotti fil-klassi 25;

tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti, jekk issir intervenjenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Seikoh Giken

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "SG SEIKOH" għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 0 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 908461

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2390953 tat-trade mark figurattiva "SEIKO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: L-applikant jikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tikser d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, minħabba interpretazzjoni inkorretta u li tista' tiżvija u infurzar mhux xieraq tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u tal-ġurisprudenza applikabbli.

____________