Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 - Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Melli Iran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), safejn il-Bank Melli Iran huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________