Language of document : ECLI:EU:T:2008:446





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ottubru 2008 – Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/08 R)

“Miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 423/2007 – Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran – Deċiżjoni tal-Kunsill – Miżura ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli”

1.                     Proċeduri għall-miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23, 25-27)

2.                     Proċeduri għall-miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 24)

3.                     Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet (Artikoli 60 KE, 301 KE u 308 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 423/2007) (ara l-punt 39)

4.                     Proċeduri għall-miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 40-43)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn il-Bank Melli Iran huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.