Language of document :

Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2020 minn Bankia S.A., Asociación Española de Banca, Unicaja Banco, SA, Liberbank, S.A., Banco de Sabadell, S.A., Banco Gallego S.A., Catalunya Banc, S.A., , Banco de Santanader, S.A., Santander Investment, S.A., Naviera Séneca, A.I.E. Caixabank, S.A., Industria de Diseño Textil, S.A., Naviera Nebulosa de Omega, A.I.E., Banco Mare Nostrum, S.A., Abanca Corporación Bancaria, S.A., Ibercaja Banco, S.A., Banco Grupo Cajatres, S.A.U., Naviera Bósforo, A.I.E., Joyería Tous, S.A., Corporación Alimentaria Guissona, S.A., Naviera Muriola, A.I.E., Poal Investments XXI, S.L., Poal Investments XXII, S.L., Naviera Cabo Vilaboa C-1658, A.I.E., Naviera Cabo Domaio, C-1659, A.I.E., Caamaño Sistemas Metálicos, S.L., Blumaq, S.A., Grupo Ibérica de Congelados, S.A., RNB, S.L., Inversiones Antaviana, S.L., Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U., Banco de Albacete, S.A., Bodegas Muga, S.L., u Aluminios Cortizo, S.A.U. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-662/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Bankia S.A., Asociación Española de Banca, Unicaja Banco, SA, Liberbank, S.A., Banco de Sabadell, S.A., Banco Gallego S.A., Catalunya Banc, S.A., Banco de Santanader, S.A., Santander Investment, S.A., Naviera Séneca, A.I.E. Caixabank, S.A., Industria de Diseño Textil, S.A., Naviera Nebulosa de Omega, A.I.E., Banco Mare Nostrum, S.A., Abanca Corporación Bancaria, S.A., Ibercaja Banco, S.A., Banco Grupo Cajatres, S.A.U., Naviera Bósforo, A.I.E., Joyería Tous, S.A., Corporación Alimentaria Guissona, S.A., Naviera Muriola, A.I.E., Poal Investments XXI, S.L., Poal Investments XXII, S.L., Naviera Cabo Vilaboa C-1658, A.I.E., Naviera Cabo Domaio, C-1659, A.I.E., Caamaño Sistemas Metálicos, S.L., Blumaq, S.A., Grupo Ibérica de Congelados, S.A., RNB, S.L., Inversiones Antaviana, S.L., Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U., Banco de Albacete, S.A., Bodegas Muga, S.L., u Aluminios Cortizo, S.A.U. (rappreżentanti: J.L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Lico Leasing, S.A.U u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A.

Talbiet

Tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-aggravji esposti f’dan ir-rikors.

Tannulla fl-appell is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni 1 .

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 2 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja - Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) sa fejn din tiddikjara li s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni hija għajnuna mill-Istat illegali u, sussidjarjament, l-Artikolu 4(1) sa fejn dan jordna l-irkupru tal-għajnuna fit-totalità tagħha mingħand l-investituri fil-gruppi ta’ interess ekonomiku.

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jitolbu l-annullament fl-appell tas-sentenza appellata abbażi tal-aggravji li ġejjin:

L-ewwel aggravju: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ selettività. B’mod partikolari, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta analizzat l-allegata “selettività settorjali” tas-SEAF (l-ewwel parti tal-aggravju). Sussidjarjament, u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tilqax l-ewwel parti tal-aggravju, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni dwar l-allegata possibbiltà diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fiskali (it-tieni part tal-aggravju).

It-tieni aggravju: applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

It-tielet aggravju: applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna.

____________

1 EU:T:2020:434

2 ĠU 2014, L 114, p.1