Language of document : ECLI:EU:T:2017:370


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2017 – Enrico Colombo u Corinti Giacomo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T690/6 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti għal miżuri provviżorji – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 21-24)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

(ara l-punti 27, 28)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Evalwazzjoni kontenzjuża tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Dannu gravi – Natura suffiċjenti f’każ ta’ “fumus boni juris” partikolarment gravi kkostitwita minn illegalità manifesta u gravi – Kundizzjoni – Tressiq tat-talba għal miżuri provviżorji fit-terminu ta’ sospensjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mal-offerent rebbieħ

(Artikolu 278 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 171(1))

(ara l-punti 30, 31, 35-37)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(5))

(ara l-punti 43, 44)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti – Dannu li jista’ jwassal għal kumpens sħiħ fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni – Assenza ta’ natura irreparabbli

(Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 48, 50, 55)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti tal-Kummissjoni li wasslu għaċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2016/C.4/0002/OC u, min-naħa l-oħra, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u l-offerent rebbieħ ta’ din is-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji sa fejn hija diretta kontra Carmet Sas di Fietta Graziella & C.

2)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.