Language of document : ECLI:EU:T:2019:303


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 – Enrico Colombo u Corinti Giacomo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/16)

“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — ĊKR ta’ Ispra — Xogħlijiet ta’ konstruzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u ta’ sub-stations ta’ tisħin urban-tkessih — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 65, 66)

2.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263, 264 u 266 TFUE)

(ara l-punt 69)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(ara l-punt 81)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Rikors intiż kontra deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta ta’ offerent fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku minn istituzzjoni tal-Unjoni – Motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ awtorità kontraenti – Oneru tal-prova li għandha r-rikorrenti

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 82)

5.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 118)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li ma tiġix aċċettata offerta – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tikkomunika, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-attributarju

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2015/1929, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni 2015/2462, Artikolu 161(2))

(ara l-punt 126)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2016/C4/0002/OC, dwar ftehim-qafas għall-kostruzzjoni u ż-żamma, fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka (ĊKR) ta’ Ispra (l-Italja), ta’ konnessjonijiet idriċi u ta’ sub-stations ta’ tkessih, u li jagħtu dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew minħabba dawn id-deċiżjonijiet

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enrico Colombo SpA u Corinti Giacomo huma kkundannati għall-ispejjeż.