Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/14 R II)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Alkoħol u spirti – Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Assenza ta’ fatti ġodda – Nuqqas ta’ fumus boni juris –Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P.-J. Loewenthal u K. Walkerová, aġenti)SuġġettTalba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s., (ĠU 2014, L 176, p. 38), sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.