Language of document : ECLI:EU:T:2014:785





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑103/14 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Alkoħol u spirti – Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Assenza ta’ fatti ġodda – Nuqqas ta’ fumus boni juris –Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba – Possibbiltà li titressaq talba ġdida – Kundizzjoni – Fatti ġodda – Kunċett – Kondizzjoni ta’ għoti tal-miżura provviżorja – Kapaċità tal-fatti l-ġodda li jerġgħu jikkontestaw l-evalwazzjonijiet li ddeterminaw iċ-ċaħda tal-ewwel talba (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 109) (ara l-punt 12)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-25)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211(C 25/05) (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU 2014, L 176, p. 38), sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.