Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji

(Kawża T-104/14 P) 1

(“Appell – Appell inċidentali – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet– Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Appellati: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) u Anduela Gjergji (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, J. N. Louis u M. de Abreu Caldas, sussegwentement minn J. N. Louis u N. de Montigny, avukati).)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11, ĠabraSP, EU:F:2013:195), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11), hija annullata.Ir-rikors ippreżentat minn Marco Verile u minn Anduela Gjergji quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/11 huwa annullat.M. Verile u A. Gjergji minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 151, 19.5.2014.