Language of document : ECLI:EU:T:2011:506

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

13 ta’ Settembru 2011 (*)

“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal – Kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien determinat – Rifjut ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ jew li kuntratt ta’ reklutaġġ jiġġedded għal żmien indeterminat – Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70/KE – Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iż-żmien massimu li matulu jista’ jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha”

Fil-Kawża T‑325/09 P,

li għandu bħala suġġett appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009, Adjemian et vs Il‑Kummissjoni (F‑134/07 u F‑8/08, Ġabra p. I‑0000), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza,

Vahan Adjemian, residenti f’Angera (l-Italja), u l-175 membri tal-persunal u ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom huma fl-annessi, irrappreżentati minn S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis u É. Marchal, avukati,

appellanti,

il-partijiet l-oħra fil-kawża huma

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn J. Currall u D. Martin, bħala aġenti,

konvenuta fl-ewwel istanza,

sostnuta minn

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, bħala aġenti,

intervenjent fl-ewwel istanza,

IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell),

komposta minn M. Jaeger, President, I. Pelikánová (Relatur) u L. Truchot, Imħallfin,

Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ Frar 2011,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Permezz tal-appell tagħhom ippreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009, Adjemian et vs Il-Kummissjoni (F‑134/07 u F‑8/08, Ġabra p. I‑0000, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha huwa ċaħad ir‑rikors intiż, minn naħa waħda, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni Ewropea li jikkonċernaw ir-rifjut ta’ ffirmar ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ ġodda jew li jiġġeddu l-kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tal-appellati bħala membri tal-persunal awżiljarju bil‑kuntratt skont l-Artikolu 3 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, għal żmien indeterminat (iktar ’il quddiem id-“deċiżjonijiet individwali kkontestati”), u, min-naħa l-oħra, id‑dikjarazzjoni tal-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 1597, tat-28 ta’ April 2004, fir-rigward taż-żmien massimu li matulu jista’ jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal‑Kummissjoni, ippubblikata fl-Informazzjoni amministrattiva Nru 75‑2004, tal-24 ta’ Ġunju 2004 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tat‑28 ta’ April 2004”), u, fejn meħtieġ, tal-Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg.

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

2        Il-fatti li wasslu għall-kawża huma spjegati kif ġej fil-punti 11 sa 21 tas‑sentenza appellata:

 Il-proċedura fl-ewwel istanza u s-sentenza appellata

3        Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-3 ta’ Diċembru 2007, ir-rikorrenti fil-Kawża F‑134/07, li isimhom jidher fl-Annessi I, II u III tas-sentenza appellata, talbu, l-ewwel nett, id-dikjarazzjoni tal-illegalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, inkluża dik tat-28 ta’ April 2004, fir-rigward taż-żmien massimu li matulu jista’ jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha u, fejn meħtieġ, tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, sa fejn jillimita ż-żmien tal-kuntratti tal-membri tal-persunal awżiljarju bil‑kuntratt, it-tieni nett, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni tat-22 ta’ Awwissu, tal-5 ta’ Settembru, tat-30 ta’ Ottubru u tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar ir-rifjut ta’ ffirmar ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ ġodda jew li jiġġeddu l-kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tagħha għal żmien indeterminat u, it-tielet nett u sa fejn meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iffissar tal‑kundizzjonijiet tal-impjieg rispettivi tagħhom, sa fejn il-kuntratti ta’ reklutaġġ il-ġodda tagħhom jew it-tiġdid tal-kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tagħhom huma għal żmien determinat.

4        Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-22 ta’ Jannar 2008, C. Renier talbet, fil-Kawża F‑08/08, l‑annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2007, sa fejn din tillimita ż-żmien tal-kuntratt ta’ reklutaġġ il-ġdid tagħha bħala membru tal-persunal awżiljarju bil‑kuntratt għall-perijodu bejn is-16 ta’ April 2007 u l-15 ta’ Diċembru 2008.

5        Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Jannar 2008, fil-Kawża F-134/07, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Fil-15 ta’ Frar 2008, l-appellanti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Permezz ta’ digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Mejju 2008, huwa ddeċieda li jinkludi din l-eċċezzjoni mal-mertu.

6        Permezz ta’ ittra li waslet fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Frar 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab li jintervjeni fil-Kawża F‑08/08 insostenn tal-Kummissjoni. Il-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’ din it-talba permezz ta’ digriet tal-14 ta’ April 2008.

7        Permezz ta’ nota ta’ intervent fuq il-mertu, li waslet fir-Reġistru tat‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-26 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill talab, fil‑Kawża F-08/08, li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal‑Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, imqajma fir-rikors, bħala infondata. L-osservazzjonijiet tal-appellanti dwar in-nota ta’ intervent waslu fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta’ Settembru 2008. Il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ intervent.

8        Permezz ta’ ittra li waslet fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-4 ta’ April 2008, il-Kunsill talab li jintervjeni fil-Kawża F‑134/07, insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Il-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’ din it-talba permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Mejju 2008.

9        Permezz ta’ nota ta’ intervent, li waslet fir-Reġistru tat-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill talab, fil‑Kawża F-134/07, li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma fir-rikors fir-rigward tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, bħala inammissibbli fir-rigward ta’ erba’ mir-rikorrenti u, fi kwalunkwe każ jew fir-rigward tar-rikorrenti l-oħra, bħala infondata. Fl‑osservazzjonijiet tagħha dwar in-nota ta’ intervent, ippreżentata fir‑Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-5 ta’ Settembru 2008, il-Kummissjoni talbet li jiġi miċħud ir-rikors bħala inammissibbli jew, sussidjarjament, infondat. L-osservazzjonijiet tal-appellanti fir‑rigward tal-istess nota ġew ippreżentati fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta’ Settembru 2008.

10      Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Novembru 2008, il-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, wara li sema’ il-partijiet, għaqqad il-Kawżi F‑134/07 u F-08/08 biss għall-finijiet tal-proċedura orali.

11      Fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għaqqad flimkien il-Kawżi F-134/07 u F-08/08, ċaħad ir-rikorsi quddiemu u kkundanna lill-appellanti jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal‑Kummissjoni, fil-kawżi rispettivi tagħhom.

 Fuq l-appell

 Il-proċedura

12      Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Awwissu 2009, l-appellanti ppreżentaw dan l-appell.

13      Fis-7 ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2009; ir-rikors promotur ġie rettifikat u regolarizzat.

14      Fit-30 ta’ Ottubru 2009, wara r-rinunzja ta’ tliet appellanti, il‑President tal-Awla tal-Appell iffirma digriet ta’ tħassir parzjali.

15      Fil-15 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha.

16      Fl-10 ta’ Frar 2010, il-Kunsill ippreżenta r-risposta tiegħu, skont l-Artikolu 141 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

17      Il-proċedura bil-miktub intemmet fil-15 ta’ Frar 2010, u ġiet innotifikata lill-appellanti fit-23 ta’ Frar 2010. Dawn tal-aħħar ma għamlux talba għall-preżentata ta’ risposta, skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta’ Proċedura.

18      Permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Frar 2010, l-appellanti ppreżentaw talba mmotivata, skont l-Artikolu 146 tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jinstemgħu waqt il-fażi orali tal-proċedura.

19      Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Awla tal‑Appell) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, bħala parti minn miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli ta’ Proċedura, li tagħmel domanda bil-miktub lill-partijiet. Dawn tal‑aħħar irrispondew għal din id-domanda fit-terminu prefiss.

20      It-trattazzjoni u risposti tal-partijiet għad-domandi orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tat-18 ta’ Frar 2011.

 It-talbiet tal-partijiet

21      L-appellanti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tannulla s-sentenza appellata;

–        tilqa’ t-talbiet tagħhom għal annullament imressqa quddiem it‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

–        tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din l‑istanza kif ukoll dawk tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

22      Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tiċħad l-appell bħala infondat;

–        tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

23      Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tiċħad l-appell bħala infondat;

–        tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

 Id-dritt

24      L-appell huwa intiż għall-annullament tas-sentenza fid-dispożizzjonijiet kollha tagħha. Insostenn ta’ dan, l-appellanti jqajmu ħames aggravji.

25      L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq il-ksur tal‑Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) kif ukoll tad-dritt għal rimedju effettiv li jivvizzja l-motiv tas-sentenza appellata li permezz tiegħu it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li r-rikors fil-Kawża F‑134/07 kellu jkun dirett biss kontra d-deċiżjonijiet li kontrihom kienu saru l-ilmenti u mhux kontra d-deċiżjonijiet li rrifjutaw dawn l-ilmenti.

26      It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jivvizzja l-motivi tas‑sentenza li bihom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li d‑Direttiva 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim Qafas”) ma jistax jimponi, bħala tali, obbligi fuq il-Kummissjoni, lanqas jibbaża eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal‑impjieg u tad‑deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004.

27      It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jivvizzja l-motivi tas‑sentenza appellata li biha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l‑eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal‑impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 bbażati fuq il-ksur tal-għanijiet u tar-rekwiżiti minimi għal xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas, implementat mid-Direttiva 1999/70, skont l-Artikolu 139(2) KE.

28      Il-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jivvizzja l-motivi tas‑sentenza appellata li biha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ibbażata fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

29      Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi li jivvizzjaw il-motivi tas-sentenza appellata li biha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-ilmenti li jinvolvu b’mod dirett il-legalità ta’ deċiżjonijiet individwali kkontestati.

 Fuq l-ewwel aggravju

30      Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu li t-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi u kiser l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti u d-dritt tagħhom għal rimedju effettiv billi ddeċieda, fil‑punt 40 tas-sentenza appellata li d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti ma kinux jikkostitwixxu atti li jikkawżawlhom preġudizzju, fis-sens tal‑Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti, sa fejn huma kienu biss jikkonfermaw deċiżjonijiet individwali kkontestati u, għalhekk, kienu nieqsa minn kontenut indipendenti.

31      Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti jirriżulta li r-rikors ta’ persuna intiż mir-Regolamenti, kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal‑Ħatra (iktar ’il quddiem l-“Awtorità tal‑Ħatra”) jew kontra n-nuqqas ta’ din l-awtorità li tieħu miżura preskritta mir-Regolamenti jkun ammissibbli biss jekk, għall-inqas b’mod parzjali, il-persuna kkonċernata kellha diġà lment quddiem l-Awtorità tal‑Ħatra li jkun ġie miċħud b’mod espliċitu jew impliċitu. Skont l‑Artikolu 117 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, din il‑ġurisprudenza hija applikabbli wkoll b’analoġija, għal rikors ta’ impjegat kontra deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tiffirma kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem l-“AATK”) jew kontra n-nuqqas ta’ din l-awtorità li tadotta miżura imposta mill-Kondizzjonijiet tal‑impjieg.

32      L-ilment amministrattiv u ċ-ċaħda tiegħu, espliċita jew impliċita, huma għalhekk parti integranti minn proċedura kumplessa u jikkostitwixxu biss prerekwiżit biex tkun imressqa lill-qorti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir‑rikors, anki jekk formalment ippreżentat kontra ċ-ċaħda tal-ilment, għandu l-effett li jressaq quddiem il-qorti l-att li jikkawża preġudizzju li kontra tiegħu ġie ppreżentat l-ilment (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 1989, Vainkler vs Il-Parlament, 293/87, Ġabra p. 23, punti 7 u 8), ħlief fil-każ fejn iċ-ċaħda tal-ilment għandha portata differenti minn dik tal-att li kontra tiegħu ġie ppreżentat l-ilment (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2006, Staboli vs Il-Kummissjoni, T‑281/04, ĠabraSP p. I-A-2-251 u II-A-2-1303, punt 26). Ġie deċiż diversi drabi li deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda ta’ lment setgħet, fir-rigward tal-kontenut tiegħu, ma jkollhiex natura konfermatorja tal-att ikkontestat mir-rikorrent. Dan ikun il-każ meta d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment fiha eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt ġodda, jew meta timmodifika jew tissupplimenta d‑deċiżjoni inizjali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, iċ-ċaħda tal-ilment tikkostitwixxi att suġġett għall-istħarriġ tal-qorti, li tikkunsidraha fl-evalwazzjoni tal-legalità tal-att ikkontestat (sentenzi tal-Qorti tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2004, Eveillard vs Il-Kummissjoni, T‑258/01, ĠabraSP p. I‑A‑167 u II‑747, punt 31, u tas-7 ta’ Ġunju 2005, Cavallaro vs Il-Kummissjoni, T‑375/02, ĠabraSP p. I‑A‑151 u II‑673, punti 63 sa 66; u tad-9 ta’ Diċembru 2009, Il-Kummissjoni vs Birkhoff, T‑377/08 P, Ġabra p. I‑0000, punti 50 sa 59 u 64), jew tikkunsidraha bħala att li jikkawża preġudizzju meta jiġi ssostitwit għal dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 1980, Kuhner vs Il-Kummissjoni, 33/79 u 75/79, Ġabra p. 1677, punt 9; is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2002, Morello vs Il‑Kummissjoni, T‑338/00 u T‑376/00, ĠabraSP p. I-A-301 u II-1457, punt 35, u tal-14 ta’ Ottubru 2004, Sandini vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑389/02, ĠabraSP p. I‑A‑295 u II‑1339, punt 49).

33      Peress li, fis-sistema tar-Regolamenti jew tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, il-persuna kkonċernata għandha tippreżenta lment kontra d-deċiżjoni li hija tikkontesta u tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni li tiċħad dan l-ilment, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rikors huwa ammissibbli, kemm jekk huwa dirett biss kontra d-deċiżjoni li kontriha jkun sar l-ilment, kif ukoll kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment jew kontra dawk iż-żewġ deċiżjonijiet flimkien, sa fejn l-ilment u r-rikors jitressqu fit-termini previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 1989, Koutchoumoff vs Il‑Kummissjoni, 224/87, Ġabra p. 99, punt 7). Madankollu, skont il-prinċipju ta’ ekonomija tal-ġudizzju, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni speċifikament dwar it-talbiet kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment jekk tikkonstata li dawn huma nieqsa minn kontenut indipendenti u jingħaqdu, fil-fatt, ma’ dawk it-talbiet diretti kontra d-deċiżjoni li kontriha jkun sar l-ilment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Vainker vs Il-Parlament, punt 32 iktar ’il fuq, punti 7 u 8). Dan jista’ b’mod partikolari jkun il-każ jekk jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, jekk ikun il-każ minħabba li hija impliċita, tkun purament konfermatorja tad‑deċiżjoni li kontra tagħha sar l-ilment u li, għalhekk, l-annullament tagħha ma għandux effett distint fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-persuna kkonċernata b’mod differenti minn dak li jirriżulta mill-annullament tagħha.

34      F’dan il-każ, mill-punt 40 tas-sentenza jirriżulta li t-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku kkunsidra essenzjalment, fid-dawl tal‑ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Vainker vs Il-Parlament, punt 32 iktar ’il fuq, li ma kienx hemm bżonn li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet diretti mill‑appellanti fil-Kawża F-134/07 kontra d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom, sa fejn dawn it-talbiet kienu nieqsa minn kontenut indipendenti.

35      Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness, speċifikament jilmentaw li t-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku ma bbażax ruħu fuq it-talbiet diretti kontra d‑deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom. Huma jsostnu li dawn tal-aħħar huma deċiżjonijiet ġodda, sa fejn ittieħdu mill-AATK wara reviżjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni amministrattiva, ġuridika u personali tagħhom.

36      Kif ġustament tirrileva l-Kummissjoni, l-appellanti kkonċernati interessati ma ressqu ebda argument jew prova insostenn tal-ewwel aggravju, b’mod li jiġi stabbilit li, fid-dawl tal-kontenut tagħhom, id-deċiżjonijiet espliċiti li jiċħdu l-ilmenti tagħhom ma kellhomx natura konfermatorja tad‑deċiżjonijiet individwali kkontestati. Dan huwa, madankollu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu li għandu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jimmotiva s-sentenzi tiegħu skont l-Artikolu 36 tal‑Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-imsemmi tribunal skont l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-imsemmi Statut, kif ukoll tal-Artikolu 79 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu. Barra minn hekk, mill‑ġurisprudenza jirriżulta li s-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandhom ikunu motivati biżżejjed biex jippermettu lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu għaliex ma laqax l-argumenti tagħhom u biex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jkun jista’ jeżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2006, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, C-397/03 P, Ġabra p. I-4429, punt 60, u tal-4 ta’ Ottubru 2007, Naipes Heraclio Fournier vs UASI, C-311/05 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 51 sa 53).

37      Ċertament, l-appellanti kkonċernati ma invokawx, insostenn tal-appell, l‑aggravju ta’ difett jew ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata fuq il-punt inkwistjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 113 tar‑Regoli tal‑Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin, teżamina ex officio l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku. Hija ġurisprudenza stabbilita li nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni jaqgħu taħt il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku li jista’, u anki għandu, jitqajjem ex officio mill-qorti (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2009 Il-Kummissjoni vs L-Irlanda et, C‑89/08 P, Ġabra p. I‑11245, punt 34, u l-ġurisprudenza ċċitata), bil‑kundizzjoni li l-partijiet ikunu ġew mistednin minn qabel biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom (ara sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2009, Eżami mill-ġdid M vs EMEA, C-197/09 RX‑II, Ġabra p. I‑12033, punt 57, u l‑ġurisprudenza ċċitata).

38      B’risposta għal domanda bil-miktub magħmula mill-Qorti Ġenerali (punt 19 iktar ’il fuq), l-appellanti kkonċernati argumentaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l‑Artikolu 7(1), tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja billi, fis‑sentenza appellata, l-elementi li ħa inkunsiderazzjoni biex jiddeċiedi, min-naħa waħda, li għandhom ġustifikati b’interess li jintalab l‑annullament ta’ deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom u, min-naħa l‑oħra, li r-rikors kellu jsir biss kontra dawk id-deċiżjonijiet diretti kontra l-imsemmija lmenti li ġew ippreżentati, jiġifieri d-deċiżjonijiet individwali kkontestati.

39      Il-Kummissjoni sostniet li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma immotivax, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ punti ta’ fatt jew ta’ liġi, il-konklużjoni tiegħu li d-deċiżjonijiet li ċaħdu l‑ilmenti kienu nieqsa minn kontenut indipendenti. Dawn id‑deċiżjonijiet tal-aħħar ma għandhiex issirilhom eżami mill-ġdid tas‑sitwazzjoni tal-persuni kkonċernati, ibbażata fuq punti ta’ fatt jew ta’ liġi ġodda. Barra minn hekk, il-motivazzjoni addizzjonali li tinsab f’dawn id-deċiżjonijiet ma għandha ebda għan ieħor ħlief li tikkonferma deċiżjonijiet individwali kkontestati, filwaqt li tirrispondi għall‑motivi mqajma mill‑partijiet ikkonċernati fl-ilmenti tagħhom.

40      Il-Kunsill irrisponda li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma kienx obbligat li jesponi r-raġunijiet għaliex huwa kkunsidra li d‑deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti kienu nieqsa minn kontenut indipendenti, fin-nuqqas ta’ żball fil‑punti ta’ fatt jew ta’ liġi indikati, f’din il-kawża, li seta’ kien hemm dubju f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni ma għandux iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata, peress li ma jaffettwax is-sustanza tagħha.

41      Kuntrarjament għal dak li sostnew il-Kummissjoni u l-Kunsill f’din il‑kawża, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien obbligat li jesponi fis‑sentenza appellata, il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li bbaża ruħu fuqhom biex, essenzjalment, jiddikjara li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq talbiet tar-rikors li ġie ppreżentat. Fil-punt 40 tas‑sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma spjegax ir‑raġunijiet li wassluh jiddeċiedi li “it-talbiet għal annullament formalment diretti” mill-appellanti fil-Kawża F‑134/07 kontra deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom kienu “nieqsa minn kontenut indipendenti” fir-rigward tat-talbiet diretti, minn dawn l-istess appellanti kontra d-deċiżjonijiet individwali kkontestati.

42      Barra minn hekk, meta indika, fil-punt 40 tas-sentenza appellata, li “ma jistax jiġi miċħud l-interess tar-rikorrenti msemmija hawn fuq li jitolbu l-annullament ta’ deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom fl‑istess waqt bħal dak ta’ att li jikkawżalhom preġudizzju [li jikkorrispondu għad‑deċiżjonijiet individwali kkontestati], “it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta x’wieħed jifhem li fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, is-sempliċi annullament ta’ dawn l-ewwel deċiżjonijiet tista’ tagħtihom xi benefiċċju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2009, GlaxoSmithKline Services et vs Il-Kummissjoni et, C‑501/06 P, C‑513/06 P, C‑515/06 P u C‑519/06 P, Ġabra p. I‑9291, punt 23), skont id-definizzjoni distinta minn dak li kien jirriżulta mill‑annullament ta’ dawn it-tieni deċiżjonijiet.

43      Fid-dawl tal-motivazzjoni insuffiċjenti, anki kontradittorja, li tinsab fis‑sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma tistax tistħarreġ jekk it‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku setax, ġustament, jiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet diretti mill-appellanti interessati fil-konfront tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom, u b’hekk li tingħata risposta għall-ewwel aggravju.

44      Minn dan isegwi li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li tiddikjara li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet diretti mill-appellanti fil‑Kawża F‑134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness ta’ din is‑sentenza fil-konfront tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom.

 Fuq it-tieni aggravju

45      Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li t-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi billi bbaża, fil-punti 85 sa 87 tas-sentenza appellata, iċ-ċaħda tal-eċċezzjonijiet ta’ illegalità tagħhom dwar l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u dwar id-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, sa fejn jawtorizza lill‑istituzzjonijiet biex jiffirmaw kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi, b’mod partikolari, fuq il-konstatazzjoni li direttiva, b’mod ġenerali, u d-Direttiva 1999/70 b’mod partikolari, ma jistgħux jimponu, bħala tali, obbligi fuq l-istituzzjonijiet, f’din il-kawża, fuq il‑Kummissjoni.

46      Għandha tingħata risposta, l-ewwel nett, għal finijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u mill-Kunsill kontra dan l-aggravju, ibbażati, fuq naħa waħda, fuq li dan l-aggravju jqajjem ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 KE, li huwa espressament dirett kontra r‑riforma amministrattiva proposta mill-Kummissjoni u adottata mill-Kunsill permezz tar‑Regolament Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130), u mhux kontra s-sentenza appellata u li, min-naħa l-oħra, iqajjem ilment, ibbażat fuq żball ta’ liġi mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li ma huwa sostnut minn ebda argument ġuridiku.

47      Kif ġie spjegat fil-punt 45 hawn fuq, jidher, madankollu, min-nota tal-appell jirriżulta li t-tieni aggravju huwa indirizzat kontra s-sentenza appellata u huwa bbażat fuq l-argumenti ta’ dritt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 138(1)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura.

48      Minn dan isegwi li r-raġunijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u mill-Kunsill għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

49      Fir-rigward, it-tieni nett, tal-mertu ta’ dan l-aggravju, għandu jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu 283 KE, il-Kunsill adotta l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ ta’ uffiċjali oħra, u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall‑Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 2, p. 5), li ġie emendat diversi drabi. Dan l-aħħar regolament kien maħsub, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tiegħu, biex jirregola r-relazzjonijiet ġuridiċi bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l-uffiċjali tagħhom. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 249(2) KE, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari l‑Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg, għandhom portata ġenerali u huma vinkolanti fl-intier tagħhom u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

50      Bl-istess mod, id-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, kif jirriżulta mill-ewwel premessa tagħha, ġiet adottata għall-finijiet tal-implementazzjoni tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-persunal kuntrattwali mhux permanenti tagħha. Hija timmira li tistabbilixxi regoli għall-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa li hija għandha, fil-kapaċità tagħha bħala AATK, fi ħdan il-qafas stabbilit mid-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal‑impjieg u, bħala tali, hija direttiva interna, anke jekk ma tistax titqies titqies bħala dispożizzjoni ġenerali ta’ eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 126 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra. Għalhekk, id-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 għandha titqies bħala regola ta’ kondotta indikattiva li l-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha u ma tistax titbiegħed minnha mingħajr ma tispeċifika r-raġunijiet li wassluha, għaliex jinkiser il-prinċipju ta’ trattament ugwali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 1991, Ferreira de Freitas vs Il-Kummissjoni, T-2/90, Ġabra p. II‑103, punti 56 u 61, u l‑ġurisprudenza ċċitata).

51      Madankollu, kif ġie enfasizzat ġustament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, id-Direttiva 1999/70 hija indirizzata lill-Istati Membri u mhux lill-istituzzjonijiet. Għalhekk, id‑dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jistgħux jitqiesu bħala li jimponu, bħala tali, obbligi fuq l-istituzzjonijiet fl-eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi jew deċiżjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2003, Rinke, C‑25/02, Ġabra p. I‑8349, punt‑24, u tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2008, Belfass vs Il-Kunsill, T‑495/04, Ġabra p. II‑781, punt 43).

52      Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/70, li jimplementaw il-Ftehim Qafas, ma jistgħux ikunu, bħala tali, sors ta’ obbligi għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi jew deċiżjonali tagħhom biex jirregolaw ir-relazzjonijiet tal‑Komunitajiet Ewropej mal-membri tal-persunal tagħhom. Huma lanqas ma jistgħu, fihom infushom, jibbażaw eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg jew tad-deċiżjoni tat‑28 ta’ April 2004.

53      It-tieni aggravju għandu għalhekk jiġi miċħud bħala infondat.

 Fuq it-tielet aggravju

54      Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ċaħad, fil-punt 118 tas-sentenza kkontestata, l-eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, fuq il-bażi li huma jiksru l-għanijiet u r‑rekwiżiti minimi għax-xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas, implementat permezz tad-Direttiva 1999/70.

55      Essenzjalment, dan l-aggravju jitratta l-kwistjoni dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet id-Direttiva 1999/70, li timplementa l-Ftehim Qafas, tista’ tiġi invokata sabiex tiġi identifikata l-eżistenza jew tiġi ċċarata l-portata ta’ obbligu fuq l-istituzzjonijiet, li hija stess tibbaża eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, meħuda bħala l-bażi ta’ deċiżjonijiet individwali kkontestati, fis-sens li se joħolqu ostakolu għall-AATK li jiġi ttrasformat kuntratt għal żmien indeterminat f’serje ta’ kuntratti ta’ żmien determinat bil-għan tal‑implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti.

56      F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, għalkemm id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/70, li jimplementaw il-Ftehim Qafas ma jistgħux, bħala tali, ikunu sors ta’ obbligi għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi jew deċiżjonali tagħhom biex jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej mal-membri tal-persunal tagħhom, u huma lanqas ma jistgħu jinvokaw eċċezzjoni ta’ illegalità tal‑Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jew tad‑deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 (ara l-punt 52 hawn fuq), jibqa’ l-fatt li r‑regoli jew il-prinċipji stabbiliti jew żviluppati f’din id-direttiva jistgħu jiġu invokati kontra dawn l-istituzzjonijiet meta ma jidhrux, fihom infushom, bħala l-espressjoni speċifika tar-regoli fundamentali tat‑Trattat KE u tal-prinċipji ġenerali li japplikaw direttament għall-imsemmija istituzzjonijiet (ara, f’dan is-sens, Rinke, punt 51 iktar ’il fuq, punti 24 sa 28). Fil-fatt, f’komunità ta’ dritt, l-applikazzjoni uniformi tad-dritt hija rekwiżit fundamentali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2005, ABNA et, C‑453/03, C‑04/11, C‑04/12 u C‑194/04, Ġabra p. I‑10423, punt 104) u kull suġġett ta’ dritt huwa suġġett għall-prinċipju ta’ osservanza tal-legalità. Għalhekk, l‑istituzzjonijiet għandhom josservaw ir-regoli tat-Trattat tal-KE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt applikabbli għalihom bl-istess mod bħal kull suġġett ieħor ta’ dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 1998 Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, C‑185/95 P, Ġabra p. I‑8417, punti 18 sa 21, u s-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2009, Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni, T‑195/08, Ġabra p. II‑4439, punt 55).

57      Mill-ġurisprudenza msemmija aktar ’il fuq jirriżulta li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg u d-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 għandhom jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, fis-sens tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt u tal-konformità mal-għanijiet u mar-rekwiżiti tal-Ftehim Qafas, implementat permezz tad-Direttiva 1999/70, kif deċiż mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-punti 117 u 118 tas-sentenza appellata, li sakemm l-imsemmija għanijiet u rekwiżiti jidhru, fihom infushom, bħala l-espressjoni speċifika tar-regoli fundamentali tat-Trattat KE u tal_prinċipji ġenerali tad-dritt japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet.

58      F’din il-kawża, fil-punti 122 u 123 tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li “il-Ftehim Qafas għandu l-għan li jiddefinixxi r-rikors suċċessiv għal [l-]kategorija ta’ relazzjonijiet tax‑xogħol [għal żmien determinat] ikkunsidrata bħala sors potenzjali ta’ abbuż għad-detriment tal-ħaddiema, billi jipprovdi ċertu numru ta’ dispożizzjonijiet protettivi minimi intiżi biex jevitaw is-sitwazzjoni prekarja ta’ impjegati” u li “il-klawżola 5(1), ta’ Ftehim Qafas ittendi speċifikament għall-prevenzjoni tal-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat”.

59      Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ abbuż ta’ dritt, li jipprovdi li ħadd ma jista’ jabbuża minn regoli ta’ dritt, huwa wieħed mill‑prinċipji ġenerali tad-dritt li l-qorti għandha tosserva (ara, f’dan is‑sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 2008, Ampliscientifica u Amplifin, C‑162/07, Ġabra p. I‑4019, punti 27, 30 u 32, u l‑ġurisprudenza ċċitata, u tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2007, Citymo vs Il-Kummissjoni, T‑271/04, Ġabra p. II‑1375, punt 107, u l-ġurisprudenza ċċitata).

60      Għandu jiġi kkonstatat, barra minn hekk, li l-istabbiliment ta’ qafas legali biex jipprevjeni l-abbużi tad-dritt li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi huwa għan li ġie rikonoxxut u mħeġġeġ mil-leġiżlatur fid-Direttiva 1999/70. Il-ġlieda kontra l-abbuż persistenti tad-dritt f’dan il-qasam tissodisfa wkoll, barra minn hekk, l-għanijiet li l-Komunità u l-Istati Membri, konxji mid-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea, iffirmata f’Torino fit-18 ta’ Ottubru 1961 u fil-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, stabbilixxew fl‑Artikolu 136 KE, li jinkludu t-titjib tal-kundizzjonijiet tal‑ħajja kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata ta’ dawn tal‑aħħar.

61      Minn dan isegwi li l-leġiżlatur, fl-eżerċizzju tal-poter leġiżlattiv li jislet mill-Artikolu 283 KE biex jistabbilixxi l-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u l-AATK, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li hija għandha, fil-qafas stabbilit mid‑dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, huma obbligati, waqt l-adozzjoni jew l‑implementazzjoni ta’ regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l-membri tal-persunal tagħhom, li jipprevjenu l-abbuż ta’ dritt li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ reklutaġġ għal żmien determinat, ikunu konformi mal-għanijiet tat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema kif ukoll tal-protezzjoni soċjali adegwata ta’ dawn tal-aħħar, intiżi fl-Artikolu 136 KE.

62      Sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien b’hekk ikkonstata fis-sentenza appellata, li l-għanijiet u r-rekwiżiti minimi tal-Ftehim Qafas, implementati permezz tad-Direttiva 1999/70 u, b’mod iktar speċifiku, il-klawżola 5(1), tagħha kienu espressjonijiet speċifiċi tal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt, huwa seta’ jara, waqt l-eżami fil-mertu tal-eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, sa fejn dan l-artikolu u din id-deċiżjoni jistgħu jiġu interpretati b’mod konsistenti mal-għanijiet u mar-rekwiżiti minimi tal‑Ftehim Qafas, u finalment mal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ abbuż ta’ dritt.

63      Minn dan isegwi li l-argumenti kuntrarji mqajma mill-Kummissjoni u mill-Kunsill għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

64      Għaldaqstant, jibqa’ sabiex jiġi eżaminat jekk, kif sostnut mill-appellanti, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaqx żball ta’ liġi meta ċaħad, fil‑punt 118 tas-sentenza, l-eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal‑Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, filwaqt li dan l-artikolu u din id-deċiżjoni ma kinux jew, fi kwalunkwe każ, ma setgħux jiġu interpretati b’mod konsistenti mal‑għanijiet u mar-rekwiżiti minimi għal xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas, implementati mid-Direttiva 1999/70, peress li dawn ma jissodisfawx l-obbligu impost fuq l-istituzzjonijiet, fl-eżerċizzju tal‑poteri leġiżlattivi jew deċiżjonali tagħhom, li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi fis‑servizz pubbliku.

65      Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li l-appellanti kkontestaw il-legalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 billi qajmu l‑eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 241 KE, meta tinqala kawża dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet individwali kkontestati, li rrifjutaw dwar ir-rifjut li l-AATK tiffirma kuntratti ġodda ta’ reklutaġġ jew li ġġedded il-kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tagħhom bħala membri tal-persunal awżiljarju bil‑kuntratt, għal żmien indeterminat, iktar milli għal żmien determinat. Issa, il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 241 KE biex tiġi invokata l‑inapplikabbiltà ta’ regolament jew ta’ att ta’ portata ġenerali li jipprovdi l‑bażi legali tal-att ta’ applikazzjoni kkontestat ma tikkostitwixxix dritt ta’ azzjoni awtonomu u ma tista tiġi eżerċitata biss b’mod inċidentali. Fin-nuqqas ta’ dritt għal rikors prinċipali, l-imsemmi Artikolu 241 KE ma jistax jiġi invokat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 1981, Albini vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 33/80, Ġabra p. 2141, punt 17, u tal-11 ta’ Lulju, 1985, Salerno et vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, 87/77, 130/77, 22/83, 9/84 u 10/84, Ġabra 2523, punt 36; sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru, 1996, CSF u CSME vs Il-Kummissjoni, T‑154/94, Ġabra p. II‑1377, punt 16). Minn dan isegwi li dan l-aggravju għandu jirrigwarda biss fuq jekk it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku vvizzjax bi żball ta’ liġi s-sentenza appellata, meta ddeċieda li l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u d-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 ma jiksrux l-obbligu tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl‑eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi jew deċiżjonali tagħhom, biex jipprevjenu abbuż ta’ dritt li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi, sa fejn ma jeħtiġux li l-AATK li tittrasforma kuntratt għal żmien indeterminat f’serje ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat li jkollhom l-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti.

66      F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li għalkemm il-leġiżlatur huwa obbligat li jipprevjeni b’mod effikaċi l-użu abbużiv tal-kuntratti suċċessivi mill‑AATK, il-fatt jibqa’ li l-leġiżlatur għandu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE, libertà sħiħa li jagħżel il-forom u l-mezzi l-iktar xierqa f’dan ir-rigward. Għalhekk jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/70, kif speċifikati mill-ġurisprudenza, li l-obbligu li jiġi pprevenut abbuż ta‘ dritt li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jista’ jiġi sodisfatt b’modi differenti u, b’mod partikolari, billi jiġu adottati miżuri li jipprevedu li t-tiġdid ta’ tali kuntratti jew ta’ tali relazzjonijiet ta’ xogħol għandhom ikunu ġġustifikati għal raġunijiet oġġettivi, jew li jillimitaw iż-żmien massimu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, jew ukoll li jiġi llimitat in-numru ta’ tiġdid ta’ tali kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol. Għall-kuntrarju, ġie kkonstatat li l-osservanza ta’ dan l-istess obbligu ma jimponix li tiġi prevista t-trasformazzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, għall-inqas meta l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tinkludi miżuri għall-prevenzjoni b’mod effikaċi l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi u miżuri li jippermettu li jiġi debitament issanzjonat tali abbuż, filwaqt li tħassar il-konsegwenzi dannużi mġarrba mill‑appellanti (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et, C‑212/04, Ġabra p. I‑6057, punti 91 u 102, u tas-7 ta’ Settembru 2006, Marrosu u Sardino, C‑53/04, Ġabra p. I‑7213, punti 47 u 53).

67      Madankollu jirriżulta mill-punti 77 sa 86 li ġejjin li d-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li jirregolaw il-konklużjoni u t-tiġdid ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ bħala membru tal persunal temporanju, bħala membru tal-persunal awżiljarju, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jew bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jipprojbixxu lill-AATK mill-użu ta’ serje ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat li jkollhom l-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti. Barra minn hekk, mill-punt 87 hawn taħt jirriżulta li, sakemm l-AATK użat serje ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat għall-implementazzjoni fit-tul tal-kompiti permanenti, dan l-abbuż jista’ jiġi korrett u l-konsegwenzi negattivi subiti mill-persuna kkonċernata jistgħu jiġu mħassra billi ssir kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li jistgħu jwasslu għat-trasformazzjoni b’mod partikolari, ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi f’kuntratti għal żmien indeterminat.

68      Għalhekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma vvizzjax is-sentenza appellata bl-iżball ta’ liġi allegat mill-appellanti, li l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra u d-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 ma jiksrux l-obbligu tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex effettivament jipprevjenu u jissanzjonaw l-abbuż ta’ dritt li jirriżulta mill-użu, mill-AATK, ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi għall-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti.

69      Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.

 Fuq ir-raba’ aggravju

70      Fir-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ċaħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ibbażata fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni li tinsab fil-premessa 36 tar-Regolament Nru 723/2004 kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-għan tal-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ membri tal-persunal awżiljarju bil‑kuntratt u, barra minn hekk, ma kienx hemm obbligu ta’ motivazzjoni speċifika, sa fejn l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, moqri flimkien mal-Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, huwa stess moqri fid-dawl ta’ klawżola Nru 5 tal-Ftehim Qafas, ma jiksrux l-għanijiet u r-rekwiżiti minimi fir-rigward tax-xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas.

71      Fid-dawl li l-appellanti jikkontestaw ir-rifjut tal-AATK li tiffirma kuntratti ġodda ta’ reklutaġġ jew li ġġedded il-kuntratti preċedenti tagħhom ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat, għandu jiġi kkonstatat li mill-eċċezzjoni tagħhom ta’ illegalità bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, dan huwa lment kontra l-leġiżlatur stess peress li ma spjegax ir-raġunijiet għaliex huwa ma imponiex obbligu ġenerali fuq l-AATK biex tittrasforma l-kuntratti għal żmien indeterminat f’serje ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi għall-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti.

72      Sabiex jiċħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata, fil-punt 141 tas-sentenza appellata, li l-obbligu ta’ motivazzjoni speċifika huwa inqas meħtieġ f’din il-kawża, kif ġie kkonstatat fil-punt 134 tas-sentenza appellata, meta l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg oħra, ma jaffettwax l-għanijiet u r-rekwiżiti minimi li jirrigwardaw xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas.

73      Sa fejn jista’ jiġi interpretat ir-raba’ aggravju tal-appell bħala li jqajjem, essenzjalment, żball ta’ liġi li allegatament twettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ma rrilevax, fis-sentenza appellata, li l-leġiżlatur marbut b’obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu 253 KE, li jispjega r-raġunijiet għaliex ma imponiex fuq l-AATK obbligu ġenerali li tittrasforma l-kuntratti għal żmien indeterminat f’serje ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi għall-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mill-punt 67 hawn fuq, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien korrett li ddeċieda, essenzjalment, fil-punt 134 tas-sentenza appellata, li l-leġiżlatur ma kienx obbligat li jistabbilixxi dan l-obbligu, peress li d-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li jippermettu li jiġi pprevenut u ssanzjonat effikaċament l-abbuż ta’ dritt li jista’ jirriżulta mill-użu mill-AATK, ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi għall-għan tal-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti, u jistgħu wkoll, jekk ikun il-każ, iwasslu għat-trasformazzjoni ta’ dawn il-kuntratti ta’ reklutaġġ f’kuntratt għal żmien indeterminat. Għalhekk huwa wkoll ġustament li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda, fil-punti 141 u 142 tas-sentenza appellata, li l-leġiżlatur ma kienx obbligat li jispjega r-raġunijiet għaliex ma kienx stabbilixxa l-obbligu ġenerali inkwistjoni.

74      Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.

 Fuq il-ħames aggravju

75      Fil-ħames aggravju, l-appellanti jilmentaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ivvizzja b’diversi żbalji ta’ liġi l-motivazzjonijiet tas-sentenza appellata li permezz tagħhom huwa ċaħad l-ilmenti tagħhom li direttament ikkontestaw il-legalità tad-deċiżjonijiet individwali kkontestati, li pprojbixxew lill-AATK milli tiffirma kuntratti ġodda ta’ reklutaġġ jew li ġġedded il-kuntratti preċedenti tal-appellanti għal żmien indeterminat.

76      Sabiex tingħata risposta għall-ilmenti mqajma mill-appellanti fil-kuntest tal-ħames aggravju, għandhom jiġu mfakkra jew iċċarati l-kunċetti u l-karatteristiċi rispettivi tat-tipi varji ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ fis-servizz pubbliku, kif previst mir-Regolamenti jew mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra.

77      L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ “posizzjoni stabbilita fil-persunal ta’ waħda mill-istituzzjonijiet” skont l-Artikolu 1a(1) tar-Regolamenti, jinkludi biss l-impjiegi espressament previsti bħala “permanenti” jew imsemmija b’mod simili, fil-baġit (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Marzu 1964, Schmitz vs Il-KEE, 18/63, Ġabra p. 163, 192, u tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2002, Martinez Paramo et vs Il-Kummissjoni, T-137/99 u T-18/00, ĠabraSP p. I-A-119 u II-639, punt 96). Kull interpretazzjoni kuntrarja twassal sabiex jiżdied b’mod sostanzjali l-għadd ta’ impjiegi permanenti mogħtija mill-awtorità baġitarja, u għalhekk iħalli mingħajr effett kemm il-poteri kif ukoll l-intenzjonijiet ta’ din tal-aħħar (sentenza Schmitz vs Il-KEE, iċċitata iktar ’il fuq, p. 192).

78      It-tieni nett, minn qari tal-Artikolu 1a(1) tar-Regolamenti u tal-Artikoli 2 sa 5 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jirriżulta li l-impjiegi permanenti mal-istituzzjonijiet għandhom, fil-prinċipju, ikunu intiżi biex jimtlew minn uffiċjali u huwa biss bħala eċċezzjoni li tali impjiegi jistgħu jkunu okkupati minn membri tal-persunal.

79      Għalhekk, għalkemm l-Artikolu 2(b) u (d) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprovdi espressament li l-membri tal-persunal temporanju jistgħu jiġu impjegati bil-għan li jsiru impjegati permanenti, dan l-istess jippreċiża wkoll li dan ma jistax ikun ħlief b’mod temporanju. Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprovdi li l-kuntratt ta’ reklutaġġ ta’ membru tal-persunal temporanju ma jistax jaqbeż l-erba’ snin u jiġi mġedded darba għal perijodu massimu ta’ sentejn l-iktar. Wara dan il-perijodu, għandu jkun hemm terminazzjoni mandatorja għall-funzjonijiet tal-membru tal-persunal temporanju jew billi jitlaq mill-funzjonijiet tiegħu jew permezz tal-ħatra tiegħu bħala uffiċjal skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti. Din l-eċċezzjoni għall-prinċipju li l-impjiegi permanenti huma intżi biex jimtelew bil-ħatra ta’ uffiċjali ma jistax ikollha l-għan li tipprovdi għan-neċessitajiet tas-servizz, f’każ partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 1989, van der Stijl u Cullington vs Il-Kummissjoni, 341/85, 251/86, 258/86, 259/86, 262/86, 266/86, 222/87 u 232/87, Ġabra p. 511, punti 28 u 33). Barra minn hekk din l-eċċezzjoni tista’ tapplika biss jekk l-istituzzjoni għandha impjieg permanenti vakanti, li jkun previst minn qabel fil-baġit (sentenza Martinez Paramo et vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, punt 97).

80      Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 3(b) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3b(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprevedu rispettivament li l-membri tal-persunal awżiljaru u l-membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jistgħu jiġu impjegati biex jissostitwixxu, wara li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet li jimtlew il-postijiet inkwistjoni permezz tal-uffiċjali tal-istituzzjoni, ta’ xi uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal temporanju li jokkupaw impjieg permanenti, l-Artikoli 51 u 53 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, minn naħa waħda, u mill-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, minn naħa l-oħra, jispeċifikaw li l-kuntratt ta’ reklutaġġ tagħhom għandu jiġi ffirmat għal żmien determinat u jillimitaw, kemm jista’ jkun, il-possibbiltà ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ u ż-żmien effettiv possibbli ta’ dan ir-reklutaġġ. Dan jagħti lill-imsemmi reklutaġġ karattru prekarju, li huwa l-għan stess ta’ dan, jiġifieri li jiġi ssostitwit uffiċjal, permanenti jew temporanju li jkun temporanjament indiponibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Frar 1979, Deshormes vs Il-Kummissjoni, 17/78, Ġabra p. 189, punt 37).

81      Fir-rigward tal-impjiegi, inklużi fit-tabella tal-persunal, annessa mat-taqsima tal-baġit ta’ kull istituzzjoni li lilha l-awtoritajiet baġitarji taw karattru temporanju, dawn għandhom, skont l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 9 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jimtlew minn membri tal-persunal temporanju. Sa fejn dawn l-impjiegi huma inklużi fit-tabella ta’ impjegati effettivi, dawn jikkorrispondu għal kompiti permanenti definiti tas-servizz pubbliku, li ma jikkorrispondux, b’danakollu, bl-għażla tal-awtorità baġitarja, għal “impjieg permanenti” fis-sens definit fil-punt 77 iktar ’il fuq, li huma intiżi li jkunu mimlija minn uffiċjal, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 78 iktar ’il fuq. Huwa għalhekk possibbli li jiġi previst li l-kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ tali impjiegi jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jiġu ffirmati għal żmien indeterminat. Meta jiġi ffirmat għal żmien determinat, il-kuntratt ta’ reklutaġġ ma jkunx jista’ jiġġedded ħlief darba għal żmien determinat u jsir għal perijodu indeterminat jekk jiġġedded sussegwentement.

82      Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-impjiegi, mhux inklużi fil-lista tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit relatata ma’ kull istituzzjoni, u għalhekk huma remunerati mill-approprjazzjonijiet totali għal din it-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni, skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 79(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, dawn ma jikkorrispondux għall-kompiti permanenti definiti tas-servizz pubbliku u, għalhekk, għal “impjieg permanenti” fis-sens definit fil-punt 77 iktar ’il fuq, jew għal impjieg temporanju, kif definit fil-punt 81 iktar ’il fuq. Qabel ma jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ġodda tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li jirriżultaw mir-Regolament Nru 723/2004, dawn l-impjiegi għandhom jimtlew minn membri tal-personal awżiljarju, skont l-Artikolu 3 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Mill-31 ta’ Diċembru 2006, skont l-Artikolu 52 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ebda membru tal-persunal awżiljarju ġdid ma jista’ jiġi impjegat, u l-impjiegi, mhux permanenti u mhux temporanji, li qabel jimtlew minn membri tal-persunal awżiljarju għandhom, skont l-Artikolu 3a(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3b(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jimtlew jew minn membri tal-persunal bil-kuntratt jew minn membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt.

83      Fir-rigward tal-impjiegi, mhux permanenti u mhux temporanji, li huma sitwati fl-Unjoni Ewropea f’waħda mill-istituzzjonijiet, issa għandha ssir distinzjoni bejn dawk li jwettqu funzjonijiet jew kompiti manwali jew appoġġ amministrattiv u dawk li jwettqu funzjonijiet jew kompiti oħra. Dawn tal-ewwel għandhom ikunu mimlija minn membri tal-persunal bil-kuntratt, skont l-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, filwaqt li tal-aħħar għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal awżiljarji bil-kuntratt, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Dawn l-aħħar tipi ta’ impjiegi, li għandhom jimtlew mill-membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt, huma, fil-prinċipju, ta’ natura prekarja, sa fejn jikkorrispondu għal kompiti tal-istituzzjoni kkonċernata ta’ natura tranżitorja jew jissodisfaw ħtieġa urġenti, mingħajr ma allokazzjoni baġitarja adegwata tkun immedjatament disponibbli, jew ma tkunx b’mod ċar definita (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, Deshormes vs Il-Kummissjoni, punt 80 iktar ’il fuq, punt 37 ; tad-19 ta’ Novembru 1981, Fournier vs Il-Kummissjoni, 106/80, Ġabra p. 2759, punt 9, u tat-23 ta’ Frar 1983, Toledano Laredo u Garilli vs Il-Kummissjoni, 225/81 u 241/81, Ġabra p. 347, punt 6).

84      Skont in-natura tagħhom stess, huwa previst li l-kuntratti ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt huma konklużi għal żmien determinat. Barra minn hekk, il-possibbiltajiet għal tiġdid ta’ tali kuntratti, bħalma hu ż-żmien effettiv possibbli tar-reklutaġġ skont dawn il-kuntratti huwa limitat.

85      Min-naħa l-oħra, l-impjiegi, mhux permanenti u mhux temporanji, li għandhom jimtlew minn membri tal-persunal bil-kuntratt, skont l-Artikolu 3b(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jikkorrispondi għal impjiegi li ma humiex prekarji min-natura tagħhom, peress li jikkorrispondu għal kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv tal-istituzzjoni kkonċernata li jista’ jkollhom karattru permanenti u li huma definiti b’mod ċar, kif jirriżulta mill-Artikolu 80(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Għalhekk, għalkemm l-Artikolu 85(1) u (2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprevedi li l-kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membri tal-persunal bil-kuntratt jiġu konklużi għal żmien determinat, huwa wkoll jipprovdi li ż-żmien totali fil-kuntratt għal żmien determinat ma jistax jeċċedi għaxar snin u li, wara wieħed jew aktar tiġdid, skont il-każijiet, il-kuntratt jista’ jiġi mġedded biss b’mod indeterminat.

86      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-karatteristika prinċipali tal-kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt hija l-prekarjetà tagħhom fiż-żmien, li jikkorrispondu għall-għan proprju ta’ dawn il-kuntratti li huwa li jwettqu kompiti prekarji, min-natura tagħhom jew fin-nuqqas ta’ persunal tal-post, minn membri tal-persunal każwali. Din is-sistema ma tistax għaldaqstant tintuża mill-AATK sabiex tagħti perijodi twal ta’ kompiti li jikkorrispondu għal “impjieg permanenti” kif definit fil-punt 77 iktar ’il fuq, jew kompiti li jikkorrispondu inklużi fil-lista tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit relatata ma’ kull istituzzjoni, u li l-awtoritajiet baġitarji taw karattru temporanju (ara punt 81 iktar ’il fuq), jew il-kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv, fis-sens tal-Artikolu 3a(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, lil dawn l-impjegati, li jiġu użati b’mod mhux normali, għal prezz tal-inċertezza prolongata (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Deshormes vs Il-Kummissjoni, punt 80 iktar ’il fuq, punti 37 u 38, u tal-11 ta’ Lulju 1985, Maag vs Il-Kummissjoni, 43/84, Ġabra p. 2581, punti 18 u 19). Fil-fatt, tali użu jmur kontra l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ abbuż ta’ dritt, applikat għall-użu mill-AATK, ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi fis-servizz pubbliku (punti 71 et seq iktar ’il fuq). Ikun ukoll kuntrarju għall-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-qasam tas-servizz pubbliku (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Settembru 2007, Lindorfer vs Il-Kunsill, C-227/04 P, Ġabra p. I-6767, punt 63, u tas-17 ta’ Lulju 2008, Campoli vs Il-Kummissjoni, C-71/07 P, Ġabra p. I-5887, punt 50) li l-membri tal-persunal li jinsabu oġġettivament imqiegħda f’kundizzjonijiet jew f’sitwazzjonijiet identiċi għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli.

87      Għalkemm huwa kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li l-membri tal-persunal jistgħu, sempliċement minħabba li dawn ġew mogħtija, għal perijodi twal, il-kompiti li jikkorrispondu għal “impjieg permanenti” kif definit fil-punt 77 hawn fuq, jiġu kkwalifikati bħala uffiċjali fis-sens tal-Artikolu 1a(1) tar-Regolamenti, ma hemm, madankollu, l-ebda ostaklu, fid-dawl tal-kompiti mwettqa mill-membru tal-persunal u tad-data fattwali, li l-qorti tintalab sabiex tiddeċiedi fuq rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 117 tas-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti, tikkwalifika legalment kuntratt ta’ reklutaġġ bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, il-kuntratt, formalment ippreżentat bħala kuntratt ta’ reklutaġġ għal membru tal-persunal awżiljarju, ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt jew membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt, f’liema kuntest il-membru tal-persunal effettivament ikun assuma biss kompiti li jikkorrispondu għal impjieg permanenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Deshormes vs Il-Kummissjoni punt 80 iktar ’il fuq, punti 44 sa 53) jew għal impjieg, inkluż fit-tabella tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni, u li l-awtorità baġitarja kkwalifikat bħala temporanju (ara punt 81 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, ma hemm l-ebda ostaklu li, fid-dawl tal-kompiti mwettqa minn membru tal-persunal u tad-data fattwali, il-qorti tikkwalifika legalment kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, għall-għanijiet tal-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, il-kuntratt, formalment ippreżentat bħala kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt awżiljarju, fis-sens tal-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, fil-kuntest li fih il-membru tal-personal ikun, fil-fatt assuma kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv skont l-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. F’dawn l-aħħar każijiet, tista’ tinqala l-kwistjoni wkoll ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid għal kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat bħala membru tal-persunal temporanju effettiv, fis-sens tal-Artikolu 2(a) jew (c) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jew ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fis-sens ta’ Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u dan skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew skont l-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

88      Dan jippreżumi, madankollu, li l-membru tal-persunal konċernat ressaq quddiem l-AATK talba li, minn naħa l-waħda, il-perijodu ta’ servizz formalment imwettaq b’implemetazzjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt huwa rikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz bħala membru tal-persunal temporanju jew li l-perijodu ta’ servizz formalment imwettqa taħt kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal temporanju, bħala membru tal-persunal awżiljarju jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt huwa rikonoxxut lilu bħala perijodu ta’ servizz bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u li, min-naħa l-oħra, il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu huma riklassifikati bħala kuntratt għal żmien indeterminat bħala membru tal-persunal temporanju effettiv, skont l-Artikolu 2(a) jew (ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jew ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, fis-sens ta’ Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u dan skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew skont l-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Barra minn hekk, huwa l-membru tal-persunal ikkonċernat li għandu jistabbilixxi, minn naħa, li l-impjiegi kienu jikkorrispondu għall-funzjonijiet li kien attwalment eżerċita, f’dak iż-żmien, u li jidhru fit-tabella tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni kkonċernata u li dawn l-impjiegi kienu disponibbli u, min-naħa l-oħra, li l-kompiti li huwa wettaq bħala membru tal-persunal awżiljaru, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt kienu jikkorrispondi għal kompiti permanenti definiti ta’ servizz pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Toledano Laredo u Garilli vs Il-Kummissjoni, punt 83 iktar ’il fuq, punti 7 u 12) jew għal kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv skont l-Artikolu 3a(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li tistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ provi partikolari, il-membru tal-persunal ikkonċernat jista’ juri permezz ta’ kwalunkwe prova konklużiva li wettaq kompiti permanenti definiti ta’ servizz pubbliku (sentenza Toledano Laredo u Garilli vs Il-Kummissjoni, punt 83 iktar ’il fuq, punt 13 ) jew kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv, fis-sens tal-Artikolu 3b(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Bl-istess mod, huwa l-membru tal-persunal ikkonċernat li għandu jagħti prova, b’kull mezz, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew fl-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għat-trasformazzjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien determinat f’kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat huma sodisfatti fir-rigward tal-persuna kkonċernata.

89      Huwa fid-dawl tal-qafas legali espost hawn fuq li r-risposta għall-ilmenti mqajma mill-appellanti fil-kuntest tal-ħames aggravju.

90      Għandha, fl-ewwel lok, tingħata risposta għall-ilmenti tal-ħames aggravju diretti kontra ċ-ċaħda mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fis-sentenza appellata, tal-ilmenti tal-appellanti fil-Kawża F-08/08 kontra waħda mid-deċiżjonijiet individwali kkontestati, jiġifieri d-deċiżjoni li permezz tagħha ż-żmien tal-kuntratt ta’ reklutaġġ il-ġdid tiegħu bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt kien limitat sal-15 ta’ Diċembru 2008.

91      Sa fejn l-appellanti, essenzjalment, jilmentaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, waqt l-eżami tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, ma skartax l-applikazzjoni tar-regola ta’ sitt snin, li tirriżulta mis-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, sa fejn fiha ġiet illegalment limitata l-kapaċità tal-AATK li tiffirma kuntratt ta’ reklutaġġ ġdid bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt għaż-żmien kollu previst mill-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti fil-Kawża F-08/08 ilmentat li l-Kummissjoni, kif jirriżulta mill-punt 54 tas-sentenza appellata, li ċaħditha mill-benefiċċji ta’ kuntratt għal żmien indeterminat u minn prospetti reali tal-karriera billi offrewlha biss, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, kuntratt ta’ reklutaġġ ġdid bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt għal żmien determinat u li jispiċċa fil-15 ta’ Diċembru 2008. Barra minn hekk, mill-punti 41 sa 57 tas-sentenza appellata ma jirriżultax li r-rikorrenti fil-Kawża F‑08/08 kienet ser tqajjem l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra r-r-regola tas-sitt snin, li tirriżulta mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, ibbażata fuq li l-applikazzjoni ta’ din ir-regola ser tillimita l-abbiltà tal-AATK li tiffirma kuntratt ta’ reklutaġġ ġdid bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt għaż-żmien kollu previst fl-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Minn dan isegwi li mhux ammissibbli li l-appellanti jikkritikaw lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fil-kuntest tal-ħames aggravju, li wettaq żball ta’ liġi billi ma ddeċidiex dwar il-legalità tar-regola ta’ sitt snin, li tirriżulta mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, fir-rigward tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

92      Barra minn hekk, sa fejn l-appellanti jilmentaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma stabbilixxiex li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, għandu jiġi enfasizzat li, kif l-appellanti stess jirrikonoxxu fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom, iż-żmien tal-kuntratt ta’ reklutaġġ ġdid bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tar-rikorrenti fil-Kawża F-08/08 kien limitat sal-15 ta’ Diċembru 2008 skont ir-regola tas-sitt snin li tirriżulta mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004. Issa, ma huwiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li għandu jara jekk l-imsemmija regola ma għandhiex, f’din il-kawża, tiġi mwarrba minħabba li tirrestrinġi l-possibbiltà tal-AATK li tiffirma l-kuntratt ta’ reklutaġġ il-ġdid bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt għaż-żmien kollu previst fl-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

93      Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ilment indirizzat lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ma rax, fil-kuntratti kollha ta’ reklutaġġ u fil-ftehim supplimentari li ġew prodotti quddiemu, jekk ir-rikorrenti fil-Kawża F-08/08 assumietx kompiti permanenti relatati mal-attività normali tal-Kummissjoni, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 88 iktar ’il fuq, hija l-istess r-rikorrenti li għandha tagħmel talba li l-perijodu ta’ servizz imwettaq fl-implementazzjoni formali ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġix rikonoxxut lilha bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal temporanju jew bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u li turi, b’kull mezz, li l-kundizzjonijiet kollha għal trasformazzjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tagħha f’kuntratti għal żmien indeterminat ġew sodisfatti dwar dan. Issa, mill-konstatazzjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku nnifsu, fil-punt 144 tas-sentenza appellata, jirriżulta li dan ma kienx il-każ f’din il-kawża. Barra minn hekk, kif ġustament fakkar it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-punti 77 u 144 tas-sentenza appellata, ma kienx hu li kellu jara u jidentifika, fl-annessi tar-rikors promotur, jekk l-elementi li setgħu jimlew il-lakuni ta’ dan tal-aħħar li jinsabu fihom, peress li l-annessi għandhom biss funzjoni purament probatorja u strumentali (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2001, X vs BĊE, T-333/99, Ġabra p. II-3021, punt 190, tal-20 ta’ Marzu 2002, ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, T-31/99, Ġabra p. II-1881, punt 113, u tal-15 ta’ Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, Ġabra p. II-2849, punt 75). Minn dan isegwi li l-ilment tal-appellanti huwa infondat.

94      Fit-tieni lok, sabiex tingħata risposta waħda għall-ilmenti tal-ħames aggravju diretti kontra ċ-ċaħda mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fis-sentenza appellata, tal-ilmenti mqajma mill-appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness kontra d-deċiżjonijiet individwali li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ tagħhom, sa fejn huma jillimitaw iż-żmien tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tagħhom skont l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tar-regola tas-sitt snin, li jirriżultaw mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, u/jew li tiċħad it-talba tagħhom li jiġi estiż il-kuntratt ta’ reklutaġġ tagħhom għal żmien indeterminat.

95      Sa fejn l-appellanti, essenzjalment, jilmentaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser l-Artikolu 253 KE, meta ma rrilevax, fil-punt 148 tas-sentenza appellata, nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-prinċipji ġenerali jew tar-rekwiżiti minimi relatati max-xogħol għal żmien determinat tal-Ftehim Qafas, id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-AATK irrifjutat li tiffirma kuntratti ta’ reklutaġġ ġodda jew li ġġedded kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tagħhom bħala membru ta’ persunal awżiljarju bil-kuntratt għal żmien indeterminat, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti stabbiliti mill-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u r-regola tas-sitt snin, li tirriżulta mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, għandu jitfakkar li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg u d-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt applikati għall-użu ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku (punt 67 iktar ’il fuq), sa fejn jippermettu li jiġi pprevenut b’mod effikaċi l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi għall-implementazzjoni fit-tul ta’ kompiti permanenti u li jissanzjonaw debitament dan it-tip ta’ abbuż, filwaqt li jitħassru l-konsegwenzi dannużi mġarrba mill-persuna kkonċernata. Għalhekk, fil-każ ta’ suċċessjoni ta’ kuntratti ta’ ingaġġ għal żmien determinat, l-AATK ma għandhiex tkun obbligata li timmotiva r-rifjuti kollha li tiffirma kuntratt ta’ reklutaġġ ġdid jew li ġedded il-kuntratt ta’ reklutaġġ preċedenti għal perijodu indeterminat ħlief b’riferiment għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg oħra u, jekk ikun il-każ, għad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004. Minn dan isegwi li l-appellanti ma setgħux jikkritikaw lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ma sabx nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni fid-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-AATK irrifjutat lir-rikorrenti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness li jiffirmaw kuntratti ta’ reklutaġġ ġodda jew li ġġedded il-kuntratti ta’ reklutaġġ preċedenti tagħhom għal żmien indeterminat, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti stabbiliti f’dan ir-rigward mill-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra u mid-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004, fir-rigward tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ abbuż ta’ dritt applikat għall-użu ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi fis-servizz pubbliku.

96      Sa fejn dawn l-ilmenti għandhom, barra minn hekk, jiġu interpretati fis-sens li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku illegalment naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li r-rikorrenti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom huma annessi kienu eżerċitaw kompiti permanenti ta’ servizz pubbliku bħala membru tal-persunal awżiljarju, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jew kompiti manwali u ta’ appoġġ amministrattiv, fis-sens tal-Artikolu 3b1(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-kuntest tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, is-sanzjoni tal-abbuż ta’ dritt allegat mill-appellanti ssir permezz ta’ riklassifikazzjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tagħhom, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kompiti li ġew effettivament imwettqa matul il-perijodi ta’ servizz tagħhom u ż-żmien tagħhom. Dan jimplika li l-appellanti juru li l-kundizzjonijiet kollha għal tali riklassifikazzjoni ġew sodisfatti (ara l-punt 88 iktar ’il fuq). F’din il-kawża, la mis-sentenza appellata u lanqas mill-ħames aggravju ma jirriżulta li l-appellanti kienu għamlu xi talbiet biex jiżguraw li jiġi rikonoxxut bħala perijodi ta’ servizz bħala membru tal-persunal temporanju l-perijodi ta’ servizz formalment imwettaq taħt kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt jew bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt, jew li l-perijodi ta’ servizz formalment imwettqa b’implementazzjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rikonoxxut lilhom bħala perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membri tal-persunal bil-kuntratt, li huma kienu invokaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew l-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tagħhom, jiġu ttrasformati f’kuntratti għal żmien indeterminat u li huma kienu pproduċew, insostenn ta’ dawn it-talbiet, il-provi kollha meħtieġa għal dan il-għan.

97      Minn dan isegwi li l-ħames aggravju għandu jiġi miċħud.

98      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn iddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet diretti mill-appellanti fil-Kawża F-134/07 li isimhom jidher fl-Anness kontra d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom.

99      Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.

 Fuq il-konsegwenzi tal-annullament parzjali tas-sentenza appellata

100    Skont l-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja meta l-appell ikun fondat, il-Qorti Ġenerali tista’, f’każ ta’ annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tiddeċiedi hi stess fuq il-kawża, meta din hija fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ, f’din il-kawża, rigward it-talbiet diretti mill–appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness kontra d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom (ara l-punti 44 u 98 iktar ’il fuq).

101    Mill-proċess jirriżulta li d-deċiżjonijiet li espressament jiċħdu l-ilmenti tal-appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness jieħdu espressament pożizzjoni dwar kwistjonijiet ta’ dritt jew ta’ fatt li ma kinux ġew eżaminati fid-deċiżjonijiet individwali kkontestati. Fil-fatt, huwa f’dawn id-deċiżjonijiet li, sabiex tingħata risposta għall-eċċezzjonijiet ta’ illegalità mqajma fl-ilmenti, l-amministrazzjoni tkun ħadet pożizzjoni, għall-ewwel darba, dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet individwali kkontestati fir-rigward tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2004 kif ukoll fuq l-inapplikabbiltà tar-relazzjonijiet tax-xogħol li hemm bejn il-Kummissjoni u l-appellanti kkonċernati skont it-termini tal-Ftehim Qafas, implementati mid-Direttiva 1999/70. Sabiex tiġi kkontestata l-fondatezza ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, l-appellanti kkonċernati interessati għandhom għalhekk interess li jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet li ċaħdu l-ilmenti tagħhom.

102    Madankollu, għandu jiġi osservat li, fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda fuq il-motivi u l-eċċezzjonijiet kollha invokati fl-ewwel istanza mill–appellanti interessati insostenn kemm tat-talbiet tagħhom għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw iċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom kif ukoll tat-talbiet tagħhom għal annullament tad-deċiżjonijiet individwali kkontestati. Barra minn hekk, sa fejn l-aggravji huma intiżi li jikkontestaw iċ-ċaħda ta’ dawn il-motivi u dawn l-eċċezzjonijiet mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fis-sentenza appellata, dawn ġew miċħuda minn din is-sentenza.

103    Ir-raġunijiet li, fis-sentenza appellata, jiġġustifikaw iċ-ċaħda tal-motivi u tal-eċċezzjonijiet imqajma mill-appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness jew, li f’din is-sentenza, jiġġustifikaw il-konferma taċ-ċaħda mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ dawn l-istess eċċezzjonijiet, sa fejn dawn kienu diretti kontra d-deċiżjonijiet individwali kkontestati, jiġġustifikaw iċ-ċaħda tal-imsemmija motivi u eċċezzjonijiet, sa fejn dawn ikunu saru kontra d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom.

104    Għalhekk għandi jiġi miċħud l-appell ippreżentat mill-appellanti fil-Kawża F‑134/07 li l-ismijiet jidhru fl-Anness, sa fejn l-appell jitlob l-annullament ta’ deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom.

 Fuq l-ispejjeż

105    Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 148 tar-Regoli tal-Proċedura, meta appell huwa fondat u l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

106    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(2) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 144 ta’ dawn ir-Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.

107    Peress li l-appellanti tilfu l-appell tagħhom u l-Kummissjoni u l-Kunsill talbu f’dan is-sens, l-appellanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)      Id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009, Adjemian et vs Il-Kummissjoni (F‑134/07 u F-08/08) għandha tiġi annullata sa fejn iddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet diretti mill-appellanti fil-Kawża F‑134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness fil-konfront tad-deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom.

2)      Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.

3)      L-appell imressaq milll-appellanti fil-Kawża F-134/07 li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness huwa miċħud, sa fejn dan l-appell jitlob l-annullament ta’ deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tagħhom.

4)      Vahan Adjemian u l-175 membru tal-persunal u ex membru tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Jaeger

Pelikánová

Truchot

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Settembru 2011.

Firem

Anness

Matteo Ambietti, residenti f’Gallarate (l-Italja),

Elisabetta Avanti, residenti f’Vedano Olona (l-Italja),

Daniela Baiguera, residenti f’Cadrezzate (l-Italja),

Douglas James Beare, residenti f’Azzale (l-Italja),

Valentina Benzi, residenti f’Varese (l-Italja),

Maria Nicoletta Berta, residenti f’Buguggiate (l-Italja),

Conrad Bielsky, residenti f’Ispra (l-Italja),

Maria Bielza Diaz‑Caneja, residenti f’Ispra,

Roberta Bino, residenti f’Ispra,

Kristin Boettcher, residenti f’Ranco (l-Italja),

Valeria Boschini, residenti f’Taino (l-Italja),

Mounir Bouhifd, residenti f’Arolo di Leggiuno (l-Italja),

Cristina Brovelli, residenti f’Ispra,

Daniela Brovelli, residenti f’Ranco,

Clementine Burnley, residenti f’Taino,

Daniela Buzica, residenti f’Ispra,

Giovanni Calderone, residenti f’Leggiuno (l-Italja),

Marco Canonico, residenti f’Refrancore (l-Italja),

Stefano Casalegno, residenti f’Angera (l-Italja),

Javier Castro Jimenez, residenti f’Ispra,

Denise Cecconello, residenti f’Cocquio Trevisago (l-Italja),

Francesca Cellina, residenti f’Varese,

Francesca Cenci, residenti fi Travedona Monate (l-Italja),

Laura Cerotti, residenti f’Dairago (l-Italja),

Houtai Choumane, residenti f’Laveno (l-Italja),

Graziella Cimino Reale, residenti fi Guidonia Montecelio (l-Italja),

Marco Clerici, residenti f’Legnano (l-Italja),

Bruno Combal, residenti f’Besozzo (l-Italja),

Costanza Giulia Conte, residenti f’Ispra,

Tatiana Conti, residenti f’Vedano Olona,

Domenica Cortellini, residenti fi Brebbia (l-Italja),

Orna Cosgrove, residenti f’Varese,

Giulio Cotogno, residenti f’Rovellesca (l-Italja),

Cristina Croera, residenti f’Taino,

Ana Maria Cruz Naranjo, residenti f’Cardana di Besozzo (l-Italja),

Barbara Cuniberti, residenti f’Angera,

Bianca D’Alimonte, residenti f’Sesto Calende (l-Italja),

Miranta Dandoulaki, residenti f’Ateni (il-Greċja),

Alexander De Meij, residenti f’Leggiuno,

Wim Decoen, residenti fi Brebbia,

Christiane Deflandre, residenti fi Travedona Monate,

Riccardo Del Torchio, residenti f’Gemonio (l-Italja),

Elena Demicheli, residenti f’Sesto Calende,

Manuela Di Lorenzo, residenti f’Sangiano (l-Italja),

Stefano Donadello, residenti f’Arsago Seprio (l-Italja),

Anna Donato, residenti f’Taino,

Bruno Duarte De Matos E Sousa Pereira, residenti f’Ispra,

Sami Dufva, residenti f’Biandronno (l-Italja),

Wesley Duke, residenti f’Gavirate (l-Italja),

Diego Escudero Rodrigo, residenti f’Taino,

Claudio Forti, residenti f’Malgesso (l-Italja),

Monica Gandini, residenti f’Buguggiate,

Aliki Georgakaki, residenti f’Alkmaar (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Giovanni Giacomelli, residenti f’Laveno,

Alessandra Giallombardo, residenti f’Gavirate,

Nadia Giboni, residenti fi Brebbia,

Maria Giovanna Giordanelli, residenti f’Vergiate (l-Italja),

Maria Giuseppina Grillo, residenti f’Sangiano,

Manuela Grossi, residenti f’Ranco,

Laurence Guy-Mikkelsen, residenti f’Angera,

Rachel Margaret Harvey-Kelly, residenti f’Cardana di Besozzo,

Paul Hasenohr, residenti f’Arolo di Leggiuno,

Ulla Marjaana Helminen, residenti f’Laveno,

Gea Huykman, residenti f’Anna Paulowna (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Elisabeth Marie Cecile Joossens, residenti f’Biandronno,

Lyudmila Kamburska, residenti f’Ranco,

Maria Cristina La Fortezza, residenti f’Arsago Seprio,

Debora Lacchin, residenti fi Brebbia,

Rafal Leszczyna, residenti f’Varese,

Amin Lievens, residenti f’Taino,

Silvia Loffelholz, residenti f’Gavirate,

Davide Lorenzini, residenti f’Varese,

Chiara Macchi, residenti f’Casalzuigno (l-Italja),

Andrew John Edgar MacLean, residenti f’Varese,

Andrea Magistri, residenti f’Ispra,

Alessia Maineri, residenti f’Varese,

Simone Malfara, residenti f’Ispra,

Adriana Marino, residenti f’Taino,

Patrizia Masoin, residenti fi Brussell (il-Belġju),

Matteo Mazzuccato, residenti f’Legnano,

Stefania Minervino, residenti f’Cittiglio (l-Italja),

Eduardo Luis Montes Torralbo, residenti f’Ispra,

Davide Moraschi, residenti f’Sevilla (Spanja),

Claudio Moroni, residenti f’Besozzo,

Giovanni Narciso, residenti f’Ispra,

Andrew Darren Nelson, residenti f’Angera,

Elisa Nerboni, residenti f’Angera,

Isabella Claudia Neugebauer, residenti f’Arolo di Leggiuno,

Francesca Nicoli, residenti f’Laveno,

Victor Alexander Nievaart, residenti f’Alkmaar,

Magdalena Novackova, residenti f’Alkmaar,

Joanna Nowak, residenti f’Ispra,

Victoria Wendy O’Brien, residenti f’Angera,

Davide Orto, residenti f’Gallarate,

Alessio Ossola, residenti fi Brebbia,

Silvia Parnisari, residenti f’Arona (l-Italja),

Manuela Pavan, residenti f’San Felice (l-Italja),

Immaculada Pizzaro Moreno, residenti f’Sevilla,

Marina Pongillupi, residenti f’Ranco,

Marsia Pozzato, residenti f’Sesto Calende,

Elisa Pozzi, residenti f’Taino,

Giovanna Primavera, residenti f’Angera,

Michele Rinaldin, residenti f’Sesto Calende,

Alice Ripoli, residenti f’Gavirate,

Emanuela Rizzardi, residenti f’Laveno,

Michela Rossi, residenti f’Taino,

Andrew Rowlands, residenti f’Bodio (l-Italja),

Helen Salak, residenti f’Cocquio Trevisago,

Jaime Sales Saborit, residenti f’Ispra,

Maria Sonia Salina, residenti f’Vergiate,

Anne Marie Sanchez Cordeil, residenti f’Besozzo,

Ferruccio Scaglia, residenti f’Oleggio (l-Italja),

Niels Schulze, residenti f’Sesto Calende,

Francesca Serra, residenti f’Cadrezzate,

Penka Shegunova, residenti f’Geel (il-Belġju),

Donatella Soma, residenti f’Ispra,

Monica Squizzato, residenti f’Inarco (l-Italja),

Alan Steel, residenti f’Laveno,

Robert Oleij Strobl, residenti f’Ranco,

Marcel Suri, residenti f’Brebbia,

Malcolm John Taberner, residenti f’Monvalle (l-Italja),

Martina Telo, residenti f’Vicenza (l-Italja),

Saara Tetri, residenti f’Cittiglio,

Barbara Claire Thomas, residenti f’Cocquio Trevisago,

Donatella Turetta, residenti f’Ranco,

Adamo Uboldi, residenti f’Cardana di Besozzo,

Monica Vaglica, residenti f’Osmate (l-Italja),

Paulo Valente De Jesus Rosa, residenti fi Travedona Monate,

Corinna Valli, residenti f’Leggiuno,

Federica Vanetti, residenti f’Cittiglio,

Christophe Vantongelen, residenti f’Besozzo,

Irene Vernacotola, residenti f’Legnano,

Ottaviano Veronese, residenti f’Segrate (l-Italja),

Patricia Vieira Lisboa, residenti f’Angera,

Maria Pilar Vizcaino Martinez, residenti f’Monvalle,

Giulia Zerauschek, residenti fi Trieste (l-Italja),

Marco Zucchelli, residenti f’Ternate (l-Italja),

Erika Adorno, residenti fi Travedona Monate,

Valeria Bossi, residenti f’Comerio (l-Italja),

Barbara Cattaneo, residenti f’Leggiuno,

Claudia Cavicchioli, residenti f’Caravate (l-Italja),

Fatima Doukkali, residenti f’Varese,

Orla Huryley, residenti f’Ranco,

Romina La Micela, residenti f’Besozzo,

Lucia Martinez Simon, residenti f’Ranco,

Daniela Piga, residenti f’Roggiano (l-Italja),

Pamela Porcu, residenti f’Cittiglio,

Silvia Sciacca, residenti f’Varese,

Sarah Solda, residenti fi Brebbia,

Cristina Zocchi, residenti fi Bregano (l-Italja),

Angela Baranzini, residenti f’Besozzo,

Elly Bylemans, residenti f’Balen (il-Belġju),

Sabrina Calderini, residenti f’Solbiate Arno (l-Italja),

Davide Capuzzo, residenti f’Vergiate,

Ivano Caravaggi, residenti f’Besozzo,

Elisa Dalle Molle, residenti f’Ranst (il-Belġju),

Wendy De Vos, residenti fi Grand-Bigard (il-Belġju),

Volkmar Ernst, residenti f’Weingarten (il-Ġermanja),

Matteo Fama, residenti f’Sangiano (l-Italja),

Arianna Farfaletti Casali, residenti f’Varese,

Sasa Gligorijevic, residenti f’Monvalle,

Raffaella Magi Galluzzi, residenti f’Varese,

Sophie Mühlberger, residenti f’Karlsruhe (il-Ġermanja),

Pamela Muscillo, residenti f’Varese,

Jan Paepen, residenti f’Balen,

Marco Paviotti, residenti f’Bagnaria Arsa (l-Italja),

Slavka Prvakova, residenti f’Alkmaar (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Andreas Ratzel, residenti f’Linkenheim (il-Ġermanja),

Thierry Romero, residenti fi Strasbourg (Franza),

Jose Pablo Solans Vila, residenti f’Monvalle,

Susan Wray, residenti f’Tuitjenhoin (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Sven Wurzer, residenti f’Linkenheim,

Sylvia Zamana, residenti f’Castricum (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Uwe Zweigner, residenti f’Leopoldshafen (il-Ġermanja),

Colette Renier, residenti fi Brussell.


* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.