Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2009 - Retractable Technologies vs UASI - Abbott Laboratories (RT)

(Kawża T-371/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Retractable Technologies, Inc (Little Elm, Texas, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: K. Dröge, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abbott Laboratories (Abbott Park II, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru R 1234/2008-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta' Lulju 2009;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "RT" għal prodotti fil-klassi 10 (Applikazzjoni Nru 4 129 037)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Abbott Laboratories

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali rreġistrata fi Spanja "RTH" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjlament milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091 peress li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1)