Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Diċembru 2011 - Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-654/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa' dan ir-rikors fil-proċedura mħaffa;

tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent:

-    id-deċiżjoni 2011/273/PESK kif miżjuda u emendata sa dakinhar, inklużi d-deċiżjonijiet kollha ċċitati fil-kapitolu 13 tar-rikors;

-    ir-regolament 442/2011, kif miżjud u emendat sa dakinhar, inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-kapitolu 14 tar-rikors;

-    id-deċiżjoni 2011/782/PESK, kif miżjuda u emendata sa dakinhar;

-    tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill.

____________