Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2014 – Jaber vs Il-Kunsill

(Kawża T-653/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Terminu ta’ rikors – Inammissibbiltà parzjali – Interess ġuridiku – Oneru tal-prova – Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aiman Jaber (Lattakai, is-Sirja) (rappreżentanti: M. Ponsard, D. Amaudruz u A. Boesch, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 121, p. 11), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 121, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 136, p. 91), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 136, p. 45), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 164, p. 14), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 164, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 199, p. 74), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 199, p. 33), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 218, p. 20), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 218, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 247, p. 17), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 247, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 269, p. 33), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 296, p. 53), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 296, p. 55), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 296, p. 1), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 296, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1244/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 319, p. 8), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK, tat-23 ta’ April 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 110, p. 36), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 126, p. 9), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012, tal-15 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 156, p. 10), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 165, p. 45), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 165, p. 80), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 165, p. 20), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 165, p. 23), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 196, p. 59), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 196, p. 81), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta’ Lulju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 196, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplementa r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors, peress li ġie ppreżentat tard, huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li ji

mplementa r-Regolament Nru 442/2011, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1244/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK, tat-23 ta’ April 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012, tal-15 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta’ Lulju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, peress li dawn l-atti ma jikkonċernawx lil A. Jaber.3)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782, u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2012/739, peress li dawn l-atti ġew imħassra u sostitwiti.4)    Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil A. Jaber:–    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament Nru 442/2011;–    ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplementa r-Regolament Nru 36/2012 ;–    id-Deċiżjoni tal-kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.5)    L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati jinżammu fir-rigward ta’ A. Jaber sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċħid eventwali tal-appell.6)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz mill-ispejjeż esposti minn A. Jaber.7)    A. Jaber għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.