Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Sabbagh vs Il-Kunsill

(Kawża T-652/11)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bassam Sabbagh (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: M. A. Bastin u J. M. Salva, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 296, p. 3), tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni sabiex jingħata kumpens għad dannu subit.

Dispożittiv

It-talba għall-annullament tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ta’ wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, hija miċħuda bħala inammissibbli.Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Bassam Sabbagh:ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011;id-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK;ir-Regolament Nru 36/2012;L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati għandhom jibqgħu, fil-konfront ta’ Bassam Sabbagh, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew, jekk jitressaq appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda eventwali tal-appell.It-talba għad-danni hija miċħuda.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Bassam Sabbagh.Bassam Sabbagh għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.