Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – FSL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-655/11) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-banana fl-Italja, fil-Greċja u fil-Portugall – Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet – Ammissibbiltà tal-provi – Drittijiet tad-difiża – Użu ħażin ta’ poter – Prova tal-ksur – Kalkolu tal-ammont tal-multa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSL Holdings (Antwerpen, il-Belġju); Firma Léon Van Parys (Antwerpen); u Pacific Fruit Company Italy SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, C. Verdonck, B. Van Vooren u B. Gielen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda l-perijodu mill-11 ta’ Awwissu 2004 sad-19 ta’ Jannar 2005, sa fejn jikkonċerna lil FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy SpA.

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy bħala EUR 8 919 000.

L-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy fl-Artikolu 2 tal-imsemmija Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa stabbilit għal EUR 6 689 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy huma kkundannati jħallsu terz tal-ispejjeż tagħhom stess u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas nofs l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy.

____________

1 ĠU C 58, 25.2.2012.