Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Lulju 2011 - Segovia Bonet vs UASI - IES (IES)

(Kawża T-355/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jorge Segovia Bonet (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M.E. López Camba u J.L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IES Insurance Engineering Services Srl (Milano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Marzu 2011, mogħtija fil-Każ R 749/2010-2, u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "IES", għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 45 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6787345.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Brittanika "IES" Nru 2358802, irreġistrata għal servizzi fil-klassi 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kkonfermata.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kkonkluda b'mod żbaljat li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark Komunitarja li għaliha qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għaliex (i) is-sinjali mqabbla huma tant simili li joħolqu konfużjoni, b'mod partikolari fuq il-livell fonetiku, u (ii) is-servizzi pprovduti taħt it-trade mark preċedenti jikkumplimentaw dawk koperti bit-trade mark ikkontestata li għaliha qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

____________