Language of document : ECLI:EU:T:2012:696





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2012 – Bimbo vs UASI – Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO)

(Kawża T‑357/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GRUPO BIMBO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Trade mark li għandha reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 29, 30)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva GRUPO BIMBO u trade mark verbali BIMBO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 35, 46-51)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux — Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju — Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 37, 43)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV.

Dispożittiv

1)

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV, huma annullati.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.