Language of document : ECLI:EU:T:2015:394

Kawża T‑358/11

Ir-Repubblika Taljana

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Ħżin pubbliku taz-zokkor — Żieda fl-ispejjeż marbuta ma’ kiri tal-imħażen — Inventarju annwali tal-ħażniet — Spezzjonijiet fiżiċi tal-postijiet tal-ħżin — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eżistenza ta’ riskju ta’ dannu finanzjarju għall-fondi — Effettività”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2015

1.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Ittri tal-Kummissjoni li jħabbru l-intenzjoni tagħha li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni ċertu nfiq imġarrab minn Stat Membru taħt il-FAEGG u l-FAEG — Miżuri intermedji li jikkostitwixxu stadju fit-tħejjija tad-deċiżjoni definittiva — Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 885/2006, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(2))

2.      Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ nfiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31)

3.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

4.      Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Sistema ta’ kumpens għall-ispejjeż tal-ħżin għaz-zokkor — Żieda fl-ispejjeż marbuta ma’ kiri ta’ mħażen — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fondi

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1), u Nru 1290/2005, Artikolu 9(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1262/2001, Artikolu 9(5))

5.      Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Motiv ibbażat fuq nuqqas ta' motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti — Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni — Distinzjoni

(Artikolu 296 TFUE)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet fir-rigward tal-infiq iffinanzjat mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/244)

8.      Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Retroattività ta’ regola sostantiva — Kundizzjonijiet — Nuqqas ta’ retroattività tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 884/2006

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 884/2006, Artikolu 8)

9.      Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Limitu

10.    Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta' setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Diffikultajiet prattiċi — Inammissibbiltà

11.    Eċċezzjoni ta’ illegalità — Portata — Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita — Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata — Neċessità ta’ rabta legali bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestat

(Artikolu 277 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 24‑29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31‑33, 198)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

4.      Filwaqt li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 1262/2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1260/2001 dwar xiri u bejgħ ta’ zokkor minn aġenziji ta’ intervent, jipprovdi li, jekk iz-zokkor ikun maħżun f’imħażen mikrija, l-ispejjeż tal-ħżin taz-zokkor jistgħu jiżdiedu mill-organu ta’ intervent b’mhux iktar minn 35 %, huwa la jispeċifika l-modalitajiet u lanqas il-portata tal-kontrolli li l-Istati Membri huma obbligati jwettqu qabel ma japplikaw iż-żieda prevista minn din id-dispożizzjoni. Madankollu, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola, li huwa fformulat f’termini analogi għal dawk tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1290/2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw ruħhom mit-twettiq reali u mir-regolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-fondi agrikoli Ewropej, li jimpedixxu l-irregolaritajiet u jieħdu proċeduri legali fil-konfront tagħhom u li jirkupraw l-ammonti mitlufa minħabba irregolaritajiet jew negliġenzi, anki jekk l-att speċifiku tad-dritt tal-Unjoni ma jipprevedix espressament l-adozzjoni ta’ miżura ta’ kontroll partikolari. Minn dan jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jorganizzaw serje ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ verifiki fuq il-post li jippermettu li tiġi żgurata l-osservanza diretta tar-rekwiżiti sostantivi u formali għall-għoti tal-primjums inkwistjoni. Jekk tali serje ta’ kontrolli ma tiġix organizzata jew jekk dik implementata minn Stat Membru tkun tant inadegwata li tħalli dubji rigward l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni tkun iġġustifikata li ma tirrikonoxxix ċertu nfiq magħmul mill-Istat Membru kkonċernat.

Issa mill-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 1262/2001 jirriżulta impliċitament, iżda neċessarjament, li għandha tiġi applikata żieda inqas għolja mill-organu ta’ intervent jekk l-ispejjeż effettivament inkorsi mill-benefiċjarju jkunu iktar baxxi minn dan il-limitu massimu ta’ 35 %. Tali kontroll tal-legalità u tar-regolarità tal-infiq li ser jiġi imputat lill-fondi jista’ jitwettaq biss fil-kuntest ta’ kontrolli individwali abbażi ta’ dokumenti ta’ sostenn ipprovduti mid-depożitarju li jirrigwardaw, minn naħa, iċ-ċirkustanzi li ġagħluh jagħmel użu minn maħżen estern u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż addizzjonali li ġew ikkawżati mill-użu ta’ dan il-maħżen. Fil-fatt, l-effikaċja tal-kontroll intiż li jivverifika jekk l-ispejjeż reali inkorsi mill-benefiċjarji fir-rigward tal-kiri tal-imħażen jikkorrispondux effettivament għaż-żieda ta’ 35 % tiddgħajjef serjament, jew saħansitra ma tkunx possibbli, fil-każ tal-applikazzjoni ta’ din iż-żieda sempliċement abbażi tal-informazzjoni ġenerali dwar is-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernat bħal-listi tal-prezzijiet applikati fis-suq għal prodotti simili jew l-indikazzjonijiet dwar l-iskarsezza ta’ mħażen adegwati.

Minn dan isegwi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 1262/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-Istati Membri jorganizzaw sistema ta’ kontroll li tippermetti li jiġi vverifikat, każ b’każ, li l-infiq relatat mal-ħżin taz-zokkor f’imħażen mikrija jeżisti fir-realtà b’mod li jkun biss l-infiq debitament iġġustifikat mill-benefiċjarji u dak effettivament inkors minn dawn tal-aħħar li jiġi imputat lill-fondi.

(ara l-punti 52‑54, 57, 58)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 77)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 87‑90)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 93)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 111‑119)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 123, 124)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 151, 155)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 180, 181)